Description
Majsi, ghax is-sur Tumas kulħadd hekk kien jafu minn ċkunitu sakemm sar tar-rispett, twieled f’dar kbira n-naħa l-oħra tal-wied ta’ Hal Qormi fi sqaq iserrep u ma jinfidx. Kien ir-raba’ wild mis-sebgħa li welldet ommu ċ orġa. Iżda minn dawn is-sebgħa, ħamsa biss kibru, u Majsi spiċċa l-kbir fosthom. It-tlieta ta’ warajh inzertaw kollha bniet.
Mari bilkemm riedet temmen lil widenejha. Kienet bilqiegħda fuq is-sodda, maġenb ċ orġa l-għada li twieled Tumas. “Imma ċ orġa ruħi,” qaltilha, “għandek lil omm Lippu u ‘l ħutek ukoll lil min tqiegħed. Aħna mhux diġa’ qgħadna ta’ Sidor, Alla Jaħfirlu?”
“Ara, zi,” bdiet ċ orġa, “mhux ġa qallek ilbieraħ, Lippu? Lil ommu ġa kellimnieha wkoll. Jaqaw ma smajtux jgħidlek? Jew lanqas miss kont tal li kellmek.”



















Reviews
There are no reviews yet.