Availability: Out of Stock

Pietru

SKU: 9789995799502

14.95

Out of stock

Description

Fil-ħemda ta’ dak il-lejl, ħlief għall-inħir ġej minn fuq, Pietru kien kalm, jikkonċentra fuq li kien qed jagħmel. Għalhekk mhux ta’ b’xejn li ħass qalbu tieqaf meta minn eżatt wara rasu sema’ bħal daħk ta’ tfajla kemm kemm jinstema’.

Dar fil-pront u minnufih poġġa l-pala t’idu fuq ħalqha sakemm bdiet tagħti ’l isfel b’rasha għal ħafna drabi, wara li qrib ħafna ta’ wiċċha qalilha, “Jekk tagħmel l-iċken ħoss nitfgħek fl-ixkora u nitfagħha bik b’kollox f’qiegħ il-baħar!” Meta ħalqha kien ħieles u setgħet titkellem, qaltlu “Naf li m’għandekx xkora, għax ili nsegwik mit-tieqa, u mill-ewwel indunajt x’kellek f’moħħok.”

Induna li kienet qed titbissem lejh u għajnejha kienu f’tiegħu. Pietru ma setax jemmen lil widnejh. Rosaria neħħietlu idu u reġgħet b’leħen baxx, “M’għandekx għalfejn tibża’, għax kulħadd rieqed.”

Pietru ma setax ilissen kelma. Wara ftit kompliet, “Imma rajtek tiela’ mal-ħajt. Stħajjiltek xadina u tlabt għalik f’qalbi biex tasal sal-bejt.”

Additional information

Category Category:
Tag ,
Weight 620 kg
Dimensions 21 × 14.5 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Pietru”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…