Ifli bir-Reqqa – L-ewwel stampi hija logħba edukattiva li tgħin lit-tfal itejbu l-ħiliet tal-osservazzjoni u tal-memorja. Hija ideali għal tfal minn erba’ snin ’il fuq u tista’ tintlagħab id-dar, l-iskola kif ukoll f’xi ristorant, eċċ.
Dawn li ġejjin huma ftit temi u punti għad-diskussjoni marbutin mal-kards ta’ din il-logħba. L-għalliema tista’ tieħu spunt minn dawn it-temi u l-punti biex toħloq diskussjoni fil-klassi, tagħmel xi attivitajiet marbutin ma’ dawn it-temi jew toħloq xi forom ta’ kitba kreattiva għall-istudenti.
Tista’ takkwista din il-logħba minn hawn.
1. Ħdejn il-Baħar
Temi għad-diskussjoni
- Ir-raġġi UV
- L-indafa
- Bajjiet u postijiet ħdejn il-baħar f’Malta
- Is-sajf
Punti għad-diskussjoni
- Nipproteġu ruħna mix-xemx
- Ma nħallux ħmieġ warajna
- X’nieħdu magħna ħdejn il-baħar
- Perikli ħdejn il-baħar – dgħajjes, bram, nimxu ħafjin, nimxu fix-xifer tal-blat
- Bajjiet u postijiet fejn immorru ngħumu f’Malta u Għawdex
2. In-Naxra
Temi għad-diskussjoni
- Ngħinu fid-dar
- It-tniġġis minħabba d-deterġenti li nużaw
- Il-konservazzjoni tal-enerġija
- L-indafa
Punti għad-diskussjoni
- X’jagħmlu t-tfal biex jgħinu fid-dar
- Inkunu responsabbli għall-affarijiet tagħna
- Nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna
- Nibżgħu għall-ħwejjiġna biex ingawduhom aktar
- Ħwejjeġ differenti skont l-istaġun
3. Ġita bil-Karozza
Temi għad-diskussjoni
- Is-safar
- Pajjiżi fl-Ewropa u fid-dinja
- Mezzi tat-trasport
Punti għad-diskussjoni
- Fejn sifirna jew nixtiequ nsiefru
- X’niġu bżonn meta nsiefru
- X’nitgħallmu mis-safar
- Drawwiet u kulturi differenti fid-dinja
- Postijiet ta’ interess fl-Ewropa u fid-dinja
4. L-Ajruport
Temi għad-diskussjoni
- L-ajruplani
- Is-safar
- Xogħlijiet
Punti għad-diskussjoni
- Esperjenzi ta’ min vjaġġa bl-ajruplan
- Informazzjoni fuq l-ajruport internazzjonali ta’ Malta
- Destinazzjonijiet differenti minn Malta
- Meta u għaliex immorru l-ajruport
- Ħaddiema differenti fl-ajruport u fuq l-ajruplan
5. Fil-Kċina
Temi għad-diskussjoni
- Ngħinu fid-dar
- It-tisjir
- Ikel bnin għal saħħitna
Punti għad-diskussjoni
- L-ikel ippreferut
- Nafu nsajru?
- Kif nippreparaw il-mejda biex nieklu
- Affarijiet li nsibu fil-kċina
- Nieklu mal-mejda u nnaddfu u niżbarazzaw warajna wara li nieklu
- Fejn naħżnu l-ikel fil-kċina, kxaxen, bank tal-kċina, friġġ, friżer
- Affarijiet tal-ikel li nsibu fil-kċina – frott, ħaxix, ħwawar, ħut, laħam, ħobż, ġobon, eċċ.
6. Fir-Razzett
Temi għad-diskussjoni
- Minn fejn jiġi l-ikel
- L-annimali tar-razzett
- It-trobbija tal-annimali
- It-tkabbir tal-ħxejjex u l-frott
Punti għad-diskussjoni
- L-ikel li nieħdu minn annimali differenti, baqra: ħalib, ġobon u laħam; tiġieġa: bajd u laħam; eċċ.
- Annimali li jitrabbew fir-razzett
- L-annimali li jinqatlu biex nieklu l-laħam tagħhom
- Annimali oħrajn li jitrabbew biex nieħdu l-ħalib, bajd u suf minnhom
- Petting Farms u esperjenzi tat-tfal
7. Il-Park
Temi għad-diskussjoni
- Il-ħin liberu
- Il-passatempi
- L-attività fiżika
- Postijiet ta’ rikreazzjoni
Punti għad-diskussjoni
- X’nagħmlu fil-park – bandli, logħob, piknik, mixi, eċċ.
- Meta mmorru l-park jew fil-kampanja
- Parks differenti madwar Malta u Għawdex
- Kif għandna nġibu ruħna fil-parks – nosservaw ir-regolamenti tal-park, indafa, storbju, eċċ.
- L-annimali fil-parks, innaddfu warajhom, ma ndejqux lil nies oħrajn, ħamiem, eċċ.
8. L-Iskrivanija
Temi għad-diskussjoni
- L-istudju
- L-użu tal-kompjuter
- Ix-xogħol tad-dar
Punti għad-diskussjoni
- Nistudjaw fil-kwiet jew bir-radju
- L-iskrivanija personali
- Kemm inqattgħu ħin fuq il-kompjuter
- Kif għandi nqassam tajjeb il-ħin id-dar
- Bilanċ bejn l-istudju u l-logħob
- Ma nkunux traskurati iżda nkunu ordnati u organizzati
9. Fil-Kamra tas-Sodda
Temi għad-diskussjoni
- Il-kamra tiegħi
- Kif ngħin fid-dar
- Id-dar tiegħi
Punti għad-diskussjoni
- Innaddfu kamritna u ma nħallux ġugarelli u ħwejjeġ jiġru
- Nagħmlu s-sodda
- Ma nħallux ħwejjeġ u żraben jiġru fil-kamra
- Nieħdu ħsieb kamritna u nkunu ordnati
- Niddekoraw il-kamra tagħna
- Kif inhi mqassma l-kamra tiegħi
10. Il-Komodina
Temi għad-diskussjoni
- Kif inqassmu l-ġurnata
- Il-kamra tiegħi
- Id-dar tiegħi
Punti għad-diskussjoni
- Inħobbu naqraw, nilagħbu jew nisimgħu r-radju fis-sodda
- Affarijiet li npoġġu fuq il-komodina
- Nużaw żveljarin biex inqumu?
- Fi x’ħin inqumu?
- Niddeskrivu l-kamra tas-sodda tagħna
- Kif inqassam il-ħin tiegħi wara l-iskola
11. Il-Piknik
Temi għad-diskussjoni
- Il-kampanja
- L-indafa
- Ikel bnin
Punti għad-diskussjoni
- Ma nħallux ħmieġ warajna fejn immorru
- Nieħdu ikel bnin magħna, bħall-frott
- Postijiet f’Malta fejn immorru nagħmlu piknik
- Innaddfu wara l-annimali tagħna meta mmorru piknik
- Logħob differenti li nistgħu nilagħbu meta mmorru fil-kampanja
12. Fil-Klassi
Temi għad-diskussjoni
- L-iskola
- L-edukazzjoni
- Il-ħbieb
Punti għad-diskussjoni
- X’jogħġobna u xi jdejjaqna fl-iskola?
- Is-suġġett favorit tagħna
- Kif inġibu ruħna l-iskola
- Niddeskrivu l-klassi tagħna
- Regolamenti tal-klassi
- X’nibdel jew nirranġa mill-klassi tiegħi
- Rispett lejn l-għalliema u lejn sħabna tal-klassi
13. Il-Pixxina
Temi għad-diskussjoni
- L-għawm
- L-eżerċizzju fiżiku
- L-isport: tlielaq, water polo…
Punti għad-diskussjoni
- Regolamenti tal-pixxina – ħwejjeġ, xawers, qbiż
- L-għawm tajjeb għas-saħħa
- L-għawm bħala terapija
- L-ilma tal-pixxina u l-ilma baħar
- Kif għandi nġib ruħi meta mmur il-pixxina
14. Il-Ġugarelli
Temi għad-diskussjoni
- Logħob tradizzjonali
- Ġugarelli mhux konvenzjonali
- Differenzi fil-ġugarelli tal-bniet/subien
Punti għad-diskussjoni
- Il-ġugarell favorit tiegħi
- Logħob b’affarijiet li mhumiex ġugarelli konvenzjonali,
eż. Labar tal-inxir, tappijiet, eċċ. - Logħob tradizzjonali, eż. boċċi, żibeġ, passju, ħabel, eċċ.
- Ġuġarelli u logħob elettroniku modern
- Kif nieħdu ħsieb il-ġugarelli tagħna
- Ġugarelli addattati għall-età tagħna
15. Il-Ġardina
Temi għad-diskussjoni
- L-istaġuni
- Il-ġardinaġġ
- Il-benefiċċji tas-siġar u l-pjanti: ossiġnu, frisk, tindif tal-arja, frott
- Frott u ħxejjex tal-ikel
- Pjanti u siġar dekorattivi
Punti għad-diskussjoni
- Il-ġardinaġġ bħala passatemp
- It-tkabbir tal-ħwawar fil-qsari
- Pjanti u xtieli differenti li jsebbħu d-dar
- Kif għandna nieħdu ħsieb il-pjanti u x-xtieli
- Ħlejjaq u insetti li naraw fil-ġardina
16. Fl-Ispazju
Temi għad-diskussjoni
- Spedizzjonijiet spazjali
- Il-bniedem fl-ispazju
- Is-Sistema Solari
Punti għad-diskussjoni
- L-ewwel persuna fl-ispazju (Yuri Gagarin)
- L-ewwel persuna fuq il-qamar (Neil Armstrong)
- L-użu tas-satelliti artifiċjali: GPS, ritratti tad-dinja satellitari, komunikazzjoni, eċċ.
- Il-ħajja ’l barra minn din id-dinja
- Il-gravità u kif inhi differenti fl-ispazju
17. Sbieħ il-Jum
Temi għad-diskussjoni
- Ir-rutina ta’ filgħodu
- Kif inqatta’ l-ġurnata tiegħi
- Tmiem il-ġimgħa
Punti għad-diskussjoni
- Differenzi bejn fost il-ġimgħa u tmiem il-ġimgħa
- Hemmx bżonn ta’ żveljarin biex nqumu
- Ir-rutina ta’ filgħodu: inqum, nilbes, niekol il-kolazzjon, naħsel snieni, eċċ.
- Il-ħajja fit-triq fil-bidu tal-ġurnata
- Jien u sejjer/sejra l-iskola, minn fejn ngħaddi, x’nara, eċċ.
18. Għand it-Tabiba
Temi għad-diskussjoni
- Is-saħħa
- Nieklu tajjeb
- Nagħmlu l-eżerċizzju
Punti għad-diskussjoni
- Immorru għand it-tabib meta nħossu xi ħaġa mhux tas-soltu?
- Għandna nibżgħu mit-tabib?
- L-ikel li nieklu jaffettwalna saħħitna
- L-eżerċizzju f’ħajjitna importanti
- L-indafa tbiegħed il-mard
19. Il-Kamping
Temi għad-diskussjoni
- L-attivitajiet ta’ barra
- Postijiet fejn nistgħu nikkampjaw
- Ħruġ mal-familja u/jew mal-ħbieb
Punti għad-diskussjoni
- Attivitajiet ta’ barra bħat-treking, kamping, abseiling, kayaking, eċċ.
- X’nieħdu magħna
- X’nagħmlu meta mmorru nikkampjaw
- Ma’ min immorru nikkampjaw
- Inħejju ruħna tajjeb meta nikkampjaw – protezzjoni mill-insetti, f’każ li nweġġgħu, sħana/kesħa, maltemp, eċċ.
20. Il-Gwardarobba
Temi għad-diskussjoni
- Ħwejjeġ tas-sajf u tax-xitwa
- Il-moda
- Il-materjal tal-ħwejjeġ: sintetiku, qoton, eċċ.
Punti għad-diskussjoni
- Il-moda taffettwana?
- Ix-xiri tal-ħwejjeġ jogħġobna?
- Minn fejn nixtru il-ħwejjeġ
- L-importanza tad-ditti
- Inżommu l-gwardarobba ordnata
21. L-Akkwarju
Temi għad-diskussjoni
- Id-dinja taħt il-baħar
- Tipi differenti ta’ ħlejjaq tal-baħar
- Ħruġ mal-familja
Punti għad-diskussjoni
- Kif inhi differenti d-dinja taħt il-baħar minn dik fuq l-art
- Tipi ta’ ħlejjaq insibu taħt il-baħar
- Inżomm akkwarju fid-dar u kif nieħu ħsiebu
- Tipi u daqsijiet ta’ akkwarji differenti
- Ħut tal-ilma ħelu u ħut tal-baħar
22. Il-Kamra tal-Banju
Temi għad-diskussjoni
- Il-ħela tal-ilma
- L-importanza tal-ħasil tas-snien
- L-iġene personali
- Il-periklu tal-elettriku mal-ilma
Punti għad-diskussjoni
- Kif naħlu inqas ilma, eż xawer flok banju, nagħlqu l-ilma waqt li naħslu snienna, eċċ.
- Naħslu jdejna wara li nużaw it-tojlit, nifflaxxjaw warajna
- Inżommu l-indafa kullimkien – fid-dar, l-iskola, barra fit-triq
- Kif inżommu ħwejjiġna nodfa
- Nieħdu ħsieb snienna – kif u meta naħsluhom, kontroll kemm nieħlu ħlewwiet
23. Is-Sajda
Temi għad-diskussjoni
- Is-sajd esaġerat (overfishing)
- Is-sajd bħala passatemp jew bħala xogħol
- It-tniġġis tal-baħar
- L-irziezet tal-ħut
Punti għad-diskussjoni
- L-effett tas-sajd esaġerat fuq il-popolazzjoni tal-ħut
- Kif qed jaffettwa l-ħlejjaq tal-baħar it-tniġġis, eżempju l-plastik, il-merkurju, in-nitroġenu, eċċ.
- Kif jista’ s-sajd ikun aktar sostenibbil, eż. kwoti, sajd tradizzjonali…
- Is-sajd bħala passatemp
- Il-ħut tajjeb għas-saħħa
24. Ritratt tal-Familja
Temi għad-diskussjoni
- Il-familja tagħna
- L-annimali fid-djar tagħna
- In-nanniet
Punti għad-diskussjoni
- Min jieħu ħsieb il-pets fil-familja
- X’sehem għandhom in-nanniet fil-familja
- Ir-ritratti bħala tifkira
- Okkażjonijiet importanti meta ħadt ritratti mal-familja
- Nitkellmu fuq il-membri tal-familja tagħna
- Kif inqatta’ tmiem il-ġimgħa mal-familja tiegħi
25. Fuq il-Bank
Temi għad-diskussjoni
- L-importanza tal-komunità
- Il-pjazez u l-parks fiż-żoni residenzjali
- Postijiet ta’ rikreazzjoni għall-kbar u ż-żgħar
Punti għad-diskussjoni
- Kemm hemm postijiet madwarna fejn nistgħu noqogħdu bilqiegħda u nitkellmu man-nies ta’ madwarna?
- Għadna naraw nies bilqiegħda fuq l-għatba tad-dar jew fuq xi siġġu barra mid-dar tagħhom?
- L-importanza li nħallu ftit ħin biex nistrieħu u nitkellmu bejnietna, ma’ ħutna, mal-ġenituri, mal-ħbieb tat-triq, mal-ġirien
- Il-vandaliżmu – fit-toroq, f’postijiet pubbliċi, fil-park/bandli, ma’ monumenti, eċċ.
26. Fil-Kindergarten
Temi għad-diskussjoni
- L-importanza tal-logħob
- L-iskola
- Logħob u taqbiliet gaħt-tfal
Punti għad-diskussjoni
- Nitgħallmu nilagħbu flimkien
- Nitgħallmu kif inġibu ruħna ma’ ħaddieħor
- Nieħdu gost nitgħallmu
- Ninqatgħu minn mal-familja u nibdew nagħmlu l-ħbieb
- X’niftakar minn meta kont fil-kindergarten
27. Taħt il-Baħar
Temi għad-diskussjoni
- L-għawm bil-maskla tal-għads
- Il-koralli
- Il-ħut u l-ħlejjaq tal-baħar
- It-tniġġis tal-baħar
Punti għad-diskussjoni
- X’tip ta’ ħlejjaq jeżistu taħt il-baħar – ħut, mammiferi, molluski, eċċ.
- X’inhuma l-koralli u għaliex qegħdin jinqerdu
- Bajjiet u postijiet fejn ngħumu f’Malta u Għawdex
- Logħob differenti ħdejn il-baħar
- L-importanza li nħallu l-baħar u l-bajjiet nodfa
- Perikli differenti fil-baħar u ħdejn il-baħar – bram, raġġi UV, blat iniggeż, baħar imqalleb, eċċ.
28. Is-Siġra tal-Milied
Temi għad-diskussjoni
- L-oriġini tas-siġra tal-Milied
- Żmien il-Milied?
- Festi importanti matul is-sena
Punti għad-diskussjoni
- X’nagħmlu fi żmien il-Milied?
- Min iżejjen is-siġra tal-Milied id-dar?
- It-tiżjin fit-toroq
- X’okkażjonijiet oħra importanti jiġu ċċelebrati f’kulturi oħra, u kif jiġu ċċelebrati?
- Il-presepju tal-Milied
- Kif inqatta’ l-vaganzi tal-Milied
29. Il-Kolazzjon
Temi għad-diskussjoni
i
- Tipi ta’ kolazzjonijiet
- L-ikel u s-saħħa
- L-importanza tal-irqad u l-mistrieħ
Punti għad-diskussjoni
- X’nieklu għall-kolazzjon
- L-importanza tal-kolazzjon biex nibdew il-ġurnata
- Ir-rutina ta’ kuljum
- Kif nibda l-ġurnata filgħodu
- Norqdu kmieni biex inqumu mistrieħa u preparati għal ġurnata oħra
30. Fir-Razzett
Temi għad-diskussjoni
- Minn fejn jiġi l-ikel li nieklu
- L-annimali tar-razzett
- It-trobbija tal-annimali
- Il-biedja
Punti għad-diskussjoni
- L-ikel li nieħdu minn annimali differenti, baqra: ħalib, ġobon u laħam; tiġieġa: bajd u laħam; eċċ.
- Liema annimali jitrabbew fir-razzett.
- L-annimali li jinqatlu biex nieklu l-laħam tagħhom.
- Petting Farms u esperjenzi tat-tfal
- L-importanza tax-xita biex ikollna l-ħaxix u l-frott
31. Krafts
Temi għad-diskussjoni
- Passatempi
- Logħob tad-dar
- Kif inqassmu l-ħin
Punti għad-diskussjoni
- Xi krafts inħobbu?
- L-użu ta’ affarijiet użati biex minnhom isiru affarijiet ġodda
- Bilanċ bejn xogħol, logħob u mistrieħ
- L-importanza tal-passatempi
- Il-ħela u kif għandna nnaqqsuha
32. Il-Mużew tal-Arti
Temi għad-diskussjoni
- L-importanza tal-mużewijiet
- X’inhi l-arti?
- Postijiet ta’ interess f’Malta u Għawdex
Punti għad-diskussjoni
- X’inhi l-funzjoni ta’ mużew?
- Meta l-aħħar li żorna mużew?
- X’tgħallimna mill-mużewijiet li żorna
- Mużewijiet li nixtiequ nżuru f’Malta jew barra minn Malta
- Kif għandna nġibu ruħna fil-mużewijiet
33. Fil-Ġnien
Temi għad-diskussjoni
- L-istaġuni
- Il-ġardinaġġ
- Frott u ħxejjex tal-ikel
- Pjanti u siġar dekorattivi
Punti għad-diskussjoni
- Min iħobb il-ġardinaġġ
- It-tkabbir tal-ħwawar fil-qsari
- Il-benefiċċji tas-siġar u l-pjanti: ossiġnu, frisk, tindif tal-arja
- Insetti u ħlejjaq differenti fil-ġonna
- Ġonna pubbliċi f’Malta u Għawdex
- Nosservaw ir-regoli fil-ġonna pubbliċi – indafa, storbju, ma nitimgħux ħamiem, eċċ.
34. Il-Preistorja
Temi għad-diskussjoni
- Binjiet preistoriċi
- Annimali preistoriċi
- Teknoloġija primittiva
Punti għad-diskussjoni
- Xi tfisser preistorja
- Binjiet f’Malta taż-żmien preistoriku
- Kif kienu jgħixu n-nies ta’ dak iż-żmien
- Minn xiex insiru nafu x’kienu jagħmlu n-nies tal-preistorja? Pitturi fuq il-ħitan fl-għerien, fdalijiet
- Għala ma kinux jiktbu? L-ewwel kitba f’Malta minn żmien il-Feniċi.
35. Fil-Laboratorju
Temi għad-diskussjoni
- Ix-xjenza
- Skoperti importanti matul iż-żmien
- Invenzjonijiet kbar li ħallew marka fil-ħajja tal-bniedem
Punti għad-diskussjoni
- Kif issir xjenzat?
- X’inhi x-xjenza
- L-Ilbies protettiv fil-laboratorji… għaliex?
- Kif inbidlet il-ħajja tal-bniedem bis-saħħa tax-xjenza – kura għal ċertu mard, apparti li jgħinuna fil-ħajja ta’ kuljum,
- Apparti diġitali fid-djar tagħna
- Ħarġa sa Esplora
36. Il-Mużew Spazjali
Temi għad-diskussjoni
- Spedizzjonijiet spazjali
- Il-bniedem fl-ispazju
- L-Istazzjon Spazjali Internazzjonali
- Is-Sistema Solari
Punti għad-diskussjoni
- L-importanza tal-mużewijiet
- L-ewwel persuna fl-ispazju (Yuri Gagarin) u fuq il-qamar (Neil Armstrong)
- L-użu tas-satelliti artifiċjali: GPS, ritratti tad-dinja satellitari, komunikazzjoni, eċċ.
- Il-gravità fid-dinja u fl-Ispazju
- Ix-xemx u l-qamar – fatti u kurżitajiet
37. Ftit Matematika
Temi għad-diskussjoni
- Il-matematika fil-ħajja tal-bniedem
- Is-suġġett favorit tiegħi
- Suġġetti differenti li nitgħallmu l-iskola
Punti għad-diskussjoni
- Għala nħobbu/ma nħobbux il-matematika
- Xi nsibu sabiħ/tqil fil-matematika
- Għandna bżonn il-matematika meta għandna l-calculators?
- Il-matematika tgħallimna l-ħiliet analitiċi u l-ħiliet li jgħinuna nsolvu l-problemi
- Il-matematika tgħinek tifhem għala, mhux biss tagħtik ir-riżultat
- Metodi ta’ qisien u kejl antiki
38. L-Ikla tal-Milied
Temi għad-diskussjoni
- L-ikel bħala attività soċjali
- Ikel ta’ kuljum u ikel għal okkażjoni speċjali
- L-etikett waqt l-ikel
Punti għad-diskussjoni
- X’nieklu f’okkażjoni speċjali
- Għala nieklu meta niltaqgħu mal-qraba u/jew il-ħbieb?
- L-użu tal-mowbajl mal-mejda tal-ikel
- Kif iġġib ruħek waqt l-ikel
- L-iġene: taħsel idejk qabel tiekol
- Okkażjonijiet speċjali meta nieklu bħala familja
39. Il-Kamra tal-Ikel
Temi għad-diskussjoni
- Id-dar tiegħi
- Ikel ta’ kuljum u ikel għal okkażjoni speċjali
- L-etikett waqt l-ikel
Punti għad-diskussjoni
- Kif nipprepara l-mejda għall-ikel
- Għala nieklu meta niltaqgħu mal-qraba u/jew il-ħbieb?
- Kif iġġib ruħek waqt l-ikel
- Kif nista’ ngħin qabel u wara l-ikel
- L-iġene: taħsel idejk qabel tiekol
- Il-kamra favorita fid-dar tiegħi
40. Ħdejn il-Baħar
Temi għad-diskussjoni
- Ir-raġġi UV
- It-tniġġis tal-baħar
- Is-sajf
Punti għad-diskussjoni
- Nipproteġu ruħna mir-raġġi tax-xemx
- Ma nħallux ħmieġ warajna
- X’nieħdu magħna ħdejn il-baħar
- Perikli ħdejn il-baħar – dgħajjes, bram
- Bajjiet u postijiet fejn immorru ngħumu f’Malta u Għawdex
41. L-armarju
Temi għad-diskussjoni
- Il-ħwejjeġ
- Ix-xiri
- L-istaġuni
Punti għad-diskussjoni
- Ħwejjeġ differenti li nsibu fl-armarju
- Ħwejjeġ tas-sajf u ħwejjeġ tax-xitwa
- L-importanza li nixtru bil-għaqal
- Id-drittijiet tagħna bħala konsumaturi
- Kif nieħdu ħsieb ta’ ħwejjiġna
- L-informazzjoni fuq it-tikketti tal-ħwejjeġ
42. Fuq is-Sufan
Temi għad-diskussjoni
- Il-ħin liberu
- Id-dar tiegħi
- Il-passatempi tiegħi
Punti għad-diskussjoni
- Kif inqatta’ l-ħin liberu tiegħi
- Id-dar tiegħi u kif inhi mqassma
- F’liema ħin tal-ġurnata noqgħod l-aktar fuq is-sufan
- X’nagħmel fuq is-sufan – nuża l-laptop, naqra, nilgħab, nara t-televixin
- Xi programmi nħobb nara fuq it-televixin
43. Il-Parrukkier
Temi għad-diskussjoni
- Id-dehra tagħna
- Xogħlijiet
- X’nixtieq insir la nikber
Punti għad-diskussjoni
- Kif għandna nieħdu ħsieb id-dehra tagħna
- Kull meta mmorru naqtgħu xagħarna
- Kif għandi nġib ruħi għand il-parrukkier
- Xogħlijiet li jogħġbuni u oħrajn inqas
- Inżommna xagħarna nadif u pulit
44. Għand tal-Ħwejjeġ
Temi għad-diskussjoni
- Ħwienet differenti
- Ix-xiri
- Il-flus
- L-Uniformi
Punti għad-diskussjoni
- Ħwejjeġ tas-sajf u ħwejjeġ tax-xitwa
- Stabbilimenti differenti tax-xiri f’Malta u Għawdex
- Ħwejjeġ differenti għal okkażjonijiet u differenti
- Uniformijiet differenti għal xogħlijiet differenti
- Id-drittijiet tal-konsumatur
- X’nista nagħmel bil-ħwejjeġ li ma jiġunix
45. Il-Festin
Temi għad-diskussjoni
- Għeluq snini
- Il-ħbieb
- L-ikel
Punti għad-diskussjoni
- Okkażjonijiet differenti li fihom isiru l-festini
- X’tip ta’ ikel ikun hemm fil-festini
- Logħob differenti fil-festini
- Preparazzjoni għall-festin – il-post, ikel u xorb, mużika u logħob, suvenirs…
- Il-mistednin fil-festin – kuġini, qraba, ġirien, ħbieb tal-iskola…
46. Il-Pjanti
Temi għad-diskussjoni
- In-natura
- Il-kampanja Maltija
- Il-pjanti
Punti għad-diskussjoni
- Pjanti differenti li nsibu fid-djar
- Kif nieħdu ħsieb il-pjanti u x-xtieli
- Nieħdu ħsieb il-kampanja Maltija
- Ħwawar differenti li nistgħu nkabbru d-dar biex nieklu – ħabaq, tursin, nagħniegħ, eċċ.
- L-importanza tal-pjanti – isebbħu d-dar u l-ambjent, arja tajba, sors għall-ikel
47. Ir-Renju Msaħħar
Temi għad-diskussjoni
- Il-Maġija
- Il-Fantasija
- Il-ktieb favorit tiegħi
Punti għad-diskussjoni
- Karattri fantastiċi mill-films li jogħġbuni
- Karattri fantastiċi mill-kotba u ħrejjef
- Differenzi bejn id-dinja reali u dik fantastika
- L-aktar karattru fantastiku li jogħġobni u għaliex
- L-importanza tal-qari
48. Il-Bandli
Temi għad-diskussjoni
- Il-ħin liberu
- L-attività fiżika
- Il-logħob
- Soċjalizzazzjoni
Punti għad-diskussjoni
- Xi nħobbu nagħmlu l-bandli
- Kif għandi nġib ruħi l-bandli
- Nobdu r-regolamenti indikati fit-tabelli tal-bandli
- L-indafa fil-bandli jew park fejn immur
- Nagħmlu ħbieb ġodda, nitkellmu u nieħdu gost flimkien
49. Is-Supermarket
Temi għad-diskussjoni
- L-ikel
- Nieklu għal saħħitna
- Ix-xiri
Punti għad-diskussjoni
- Xi nħobb niekol l-aktar
- Ikel tajjeb għal saħħitna u ikel ieħor li għandi nevita li nixtri jew niekol bil-qies
- Xi nsibu x’nixtru mis-supermarket
- Xiri bil-għaqal u bil-qies
- Attenzjoni għad-data ta’ skadenza fuq il-prodotti tal-ikel
- Id-drittijiet tal-konsumatur
50. Il-Klinika
Temi għad-diskussjoni
- Il-kura tas-saħħa
- Il-mard
- Għand it-tabib
Punti għad-diskussjoni
- Kif għandi nieħu ħsieb saħħti
- L-importanza tal-eżerċizzju fiżiku
- Kif għandi nġib ruħi fi klinika jew l-isptar
- X’għandi nagħmel biex innaqqas ir-riskju li nimrad
- L-attenzjoni meta nieħu l-mediċini
51. Fil-Kċina
Temi għad-diskussjoni
- Ngħinu fid-dar
- It-tisjir
- L-ikel
Punti għad-diskussjoni
- Liema ikel inħobbu nieklu l-aktar
- Ngħinu fit-tisjir
- Min jaħsel il-platti, jipprepara l-mejda u jiżbarazza wara l-ikel
- Xi nsibu fil-kċina
- Ikel tas-sajf u ikel tax-xitwa
- Nieklu bil-qies u nnaqqsu mill-ħela tal-ikel
52. In-Nanna fis-Salott
Temi għad-diskussjoni
- Il-Familja
- Id-dar
- Il-passatempi
Punti għad-diskussjoni
- Il-membri tal-familja
- Nieħdu ħsieb lill-ġenituri u lin-nanniet tagħna
- Xi nsibu fis-salott u x’nagħmlu fih
- Passatempi differenti dari u llum
- Kif inqattgħu l-ħin mal-membri tal-familja
53. Ħin il-Logħob
Temi għad-diskussjoni
- Il-passatempi
- Logħob u ġugarelli
- Il-kamra tiegħi
Punti għad-diskussjoni
- Biex inħobb nilgħab l-aktar
- Bilanċ bejn logħob u studju
- Kif inhi mqassma l-kamra tiegħi u x’għandi fiha
- Nieħdu ħsieb il-ġugarelli li nilagħbu bihom
- Niżbarazzaw warajna wara li nilagħbu
- Kif inqatta’ l-ħin tiegħi fi tmiem il-ġimgħa
54. Fuq il-Ferrovija
Temi għad-diskussjoni
- Mezzi tat-trasport
- Is-safar
- Mezzi tat-trasport fl-antik u llum
Punti għad-diskussjoni
- Esperjenzi ta’ meta tlajt fuq ferrovija
- Kif għandi nġib ruħi fuq il-mezzi tat-trasport
- Nuża t-trasport pubbliku biex nieħu ħsieb l-ambjent
- Postijiet li żort fejn irkibt ferrovija
- X’tgħallimt mill-postijiet li żort
55. Ġurnata l-Baħar
Temi għad-diskussjoni
- Ir-raġġi UV
- L-indafa
- Il-baħar
Punti għad-diskussjoni
- Nipproteġu ruħna mix-xemx
- Ma nħallux ħmieġ warajna
- X’nieħdu magħna ħdejn il-baħar
- Perikli ħdejn il-baħar – dgħajjes, bram
- Bajjiet u postijiet fejn immorru ngħumu f’Malta u Għawdex
- It-tniġġis tal-baħar u kif innaqqsuh