L-Alfabett – ktieb tat-taħriġ għas‑snin bikrin

Dan il-ktieb maħsub biex jintroduċi l-alfabett Malti sett sett filwaqt li joffri opportunitijiet lit-tfal biex jitgħallmu jikkontrollaw il-movimenti tas-swaba’ u tal-id (fine motor skills). It-taħriġiet provduti jassiguraw li t-tfal jitgħallmu filwaqt li jieħdu pjaċir jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jiktbu u jitgħallmu l-ittri kollha tal-alfabett.


• introduzzjoni gradata tal-alfabett f’settijiet ta’ ittri
• taħriġiet varji biex jikkonsolidaw it-tagħlim
• prompts biex jgħinu lit-tfal jiktbu l-ittri tajjeb
• jitgħallmu jikkontrollaw il-movimenti tas-swaba’ u tal-id biex jiktbu l-ittri (fine motor skills)
• numru ta’ attivitajiet għal kull ittra
• jitgħallmu jassoċjaw il-ħoss tal-ittra fil-bidu ta’ kelmiet differenti
• logħbiet varji bl-ittri u t-tpinġija li jagħtu gost lit-tfal
• introduzzjoni għall-kitba ta’ kelmiet qosra
• dudu tal-alfabett biex jgħin lit-tfal jitgħallmu l-ordni alfabetika

Kotba tat-taħriġ fil-qari u l-kitba ta’ kliem f’kuntest

Din hija sensiela ġdida ta’ tliet kotba ta’ taħriġ li jagħmlu parti mill-programm Sensiela Fanali u hija maħsuba biex tintuża mit-tfal wara li jkunu qraw il-kotba f’livelli differenti tal-istess sensiela. Il-kliem ippreżentat f’dan il-programm huwa bbażat fuq l-istruttura tal-kliem (eż. KVK). L-għan ta’ din il-metodoloġija huwa li t-tfal jakkwistaw ħiliet kruċjali fil-qari u l-kitba.


• il-kotba kollha b’format modern u attraenti
• jinkludu stampi kkuluriti biex jagħtu gost lit-tfal waqt li jaħdmu l-eżerċizzji
• kull ktieb jorbot ma’ ta’ qablu u jħejji t-triq għal ta’ warajh
• dawn it-tliet kotba jimxu b’mod parallel mal-kotba tal-qari fis-Sensiela Fanali