Sett 1
| m | Inżel dritt ma’ Marjo, dur dawra mal-muntanja, u dawra oħra. |
| a | Dur mal-arloġġ, inżel mal-amorin. |
| s | Ibda minn fuq u dur dawra mas-serp. |
| d | Dur dawra mad-dudu, dritt sa fuq, dritt ’l isfel. |
| t | Inżel mat-tajra sad-denb u aqta’ linja fuq rasha. |
| r | Inżel mar-rixa l-blu, itla’ mar-rixa r-roża. |
Sett 2
| l | Inżel mal-lapes. |
| u | Inżel mal-umbrella, itla’ min-naħa l-oħra, inżel dritt ’l isfel. |
| b | Inżel mal-buz, u dur mal-ballun minn fuq. |
| f | Ibda mill-fjura, inżel maz-zokk, aqta’ linja. |
Sett 3
| i | Inżel mal-ilma, agħmel tikka fuq il-vit. |
| v | Inżel mal-ġenb tal-vapur u itla’ min-naħa l-oħra. |
| p | Inżel mal-patri, itla’ u dur dawra mal-pizza. |
| n | Inżel max-xiħ, itla’ u erġa’ inżel mal-bastun. |
| ħ | Inżel mas-sajjied, itla’ mal-qasba u inżel fil-baħar, u aqta’ linja mal-kappell. |
Sett 4
| e | Ibda mill-wajer, ibqa’ dur sakemm tasal sal-plakka. |
| g | Dur mal-gremxula, inżel mal-ħaxix s’isfel nett. |
| ċ | Ibda minn fuq u dur dawra maċ-ċekċieka, agħmel tikka fuq ir-ras. |
| k | Inżel sa taħt il-koala, itla’ mal-id, inżel mas-sieq. |
Sett 5
| o | Ibda ma’ ras l-ors, ibqa’ dur sakemm tispiċċa minn fejn bdejt. |
| j | Inżel mal-jowjow s’isfel nett, agħmel tikka fuq l-id. |
| ġ | Dur mal-ġurdien sa fuq, inżel ’l isfel mad-denb, agħmel tikka fuq il-ġobon. |
| x | Aqta’ linja dritta mill-id għas-sieq, linja dritta oħra mill-id l-oħra għas-sieq l-oħra. |
Sett 6
| w | Inżel mal-werqa l-iskura, itla’ mal-werqa ċ-ċara, irrepeti. |
| q | Dur dawra mal-qattus sa fuq, inżel mad-denb, itla’ biċċa ’l fuq. |
| z | Ibda minn fuq u segwi z-zkuk s’isfel. |
| ż | Ibda minn fuq u segwi z-zkuk s’isfel, agħmel tikka fuq in-naħla. |
Sett 7
| ie | Inżel mal-ilma, agħmel tikka fuq il-vit, ibda mill-wajer, ibqa’ dur sakemm tasal mal-plakka. |
Sett 8
| għ | Dur mal-gremxula, inżel mal-ħaxix s’isfel nett. Inżel mas-sajjied, dur mal-qasba sal-baħar, aqta’ linja mal-kappell. |
| h | Inżel mas-sajjied, dur mal-qasba sal-kappell. |