Description
Jekk hawn xi ħaġa li wieħed jixtieq ikun jaf minn bniedem spiritwali, din hija żgur il-mod kif dan iħares lejn u jgħix lil Kristu. B’xorti tajba għalina Dun Ġorġ ħallielna ktieb sħiħ kif l-ispirtu ta’ Kristu jista’ jitnissel fi bniedem. Bla ma ried, Dun Ġorġ inkixef u ħareġ minn ġo fih l-ispirtu li bih huwa libes lil Kristu.
F’dan il-ktieb Dun Ġorġ imexxi r-ruh pass wara l-ieħor għall-għarfien u l-imħabba ta’ Kristu, li għandu jkun l-uniku oġġett ta’ qalbna.
San Ġorġ Preca (1880-1962) huwa I-Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) li twaqqfet fl-1907 biex jinxtered il-messaġġ tal-Evanġelju. L-iskop tas-Soċjetà kien u għadu biex Ġesù jkun magħruf u maħbub. Dun Ġorġ inqeda ħafna bl-appostolat tal-kelma stampata u kiteb għadd kbir ta’ kotba biex iwassal tagħlim reliġjuż u spiritwali. Huwa kien iddikjarat qaddis fit-3 ta’ Ġunju 2007 minn Papa Benedittu XVI.































Reviews
There are no reviews yet.