Description
Id-dixxiplu joqgħod mal- imgħallem tiegħu biex b’mod kontinwu jixrob minnu t-tagħlim li jagħti sens lill-ħajja. Is-smigħ ta’ tagħlim san huwa tassew pjaċevoli għad-dixxiplu għax hu jaf tajjeb li m’hemmx dixxipulat veru mingħajr tagħlim.
F’dan il-ktieb sempliċi Dun Ġorġ jesponi numru ta’ suġġetti reliġjużi b’tagħlim fuq kull suġġett fil-forma ta’ sentenzi numerati mqassmin hamsa hamsa. It-temi qatt ma jkunu esawriti u l-qarrej huwa mistieden biex ikompli jirrifletti u b’hekk izid ma’ dak li diġà huwa miktub.
San Ġorġ Preca (1880-1962) huwa I-Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) li twaqqfet fl-1907 biex jinxtered il-messaġġ tal-Evanġelju. L-iskop tas-Soċjetà kien u għadu biex Ġesù jkun magħruf u maħbub. Dun Ġorġ inqeda ħafna bl-appostolat tal-kelma stampata u kiteb għadd kbir ta’ kotba biex iwassal tagħlim reliġjuż u spiritwali. Huwa kien iddikjarat qaddis fit-3 ta’ Ġunju 2007 minn Papa Benedittu XVI.































Reviews
There are no reviews yet.