Description
San Pawl kiteb, “Jien ma nafx haġ’oħra ħlief lil Kristu u dan imsallab” (1 Kor 2,2). Kristu Kurċifiss ġibed lil kulħadd lejh u ma jistax ma jkunx il-ħajja ta’ dawk li taw ħajjithom għalih. Għal Dun Ġorġ, il-Kurcifiss kien ‘ktieb’, anzi fl-espressjoni tiegħu, ‘Il-Ktieb’, jiġifieri m’hawnx ktieb ħliefu fid-dinja. Għalhekk huwa sejjaħlu Il-Ktieb il-Kbir għax jekk ma taqrax dan ‘Il-Ktieb’ inti ma taf xejn. F’dan il-ktieb Dun Ġorġ jiġbor ħamsin paġna, u bi stil konċiż, preċiż u profond huwa jislet tagħlim li huwa frott tar- riflessjoni tiegħu fuq il-Kurċifiss.
San Ġorġ Preca (1880-1962) huwa I-Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) li twaqqfet fl-1907 biex jinxtered il-messaġġ tal-Evanġelju. L-iskop tas-Soċjetà kien u għadu biex Ġesù jkun magħruf u maħbub. Dun Ġorġ inqeda ħafna bl-appostolat tal-kelma stampata u kiteb għadd kbir ta’ kotba biex iwassal tagħlim reliġjuż u spiritwali. Huwa kien iddikjarat qaddis fit-3 ta’ Ġunju 2007 minn Papa Benedittu XVI.































Reviews
There are no reviews yet.