Description
Rakkont li jeħodna lura fis-sekli fl-Istati Uniti. Niltaqgħu ma’ bosta persunaġġi, xi wħud b’qalb ġenwina u sinċiera, u oħrajn b’qalb xierfa u mimlija mibegħda; persuni għonja u oħrajn li bilkemm għandhom għaxja ta’ lejla.
Daisy Brooks, tfajla ħelwa u innoċenti u tħobb ħafna n-natura kienet taħdem fl-għalqa tal-qoton ta’ Whitestone Hall ma’ John Brooks, li kien jieħu ħsieb l-għelieqi. X’kien id-destin tagħha? Kienet lesta li ssofri sal-aħħar is-sagrifiċċji li ħejjitilha l-imħabba? Rex Lyon, ġuvni li jiġbdek, żvelt u impulsiv, isir jaf lil Daisy Brooks…
Basil Hurlhurst kien is-sid ta’ Whitestone Hall. Għaliex jispiċċa redikolat? Min kien Stanwick u xi rwol għandu f’dan ir-rumanz?
Rakkont li jħalli lill-qarrejja fuq ix-xwiek sat-tmiem tiegħu b’tant ġrajjiet, perikli u mumenti romantiċi.













Reviews
There are no reviews yet.