Description
Dan huwa rumanz ieħor mill-isbaħ miktub mill-famuża awtriċi Bertha M. Clay, u maqlub għall-Malti minn Emmanuel Portelli.
F’dan ir-rumanz insibu l-ġrajja ta’ żewġ tfajliet ħbieb, illi l-ġmiel tagħhom idaħħalhom f’ħafna nkwiet li saħansitra jispiċċa jissarraf f’mibegħda sfrenata.
Lola de Ferros issir tobgħod lil Dolores b’qalbha kollha, iżda min kien il-kaġun ta’ dan kollu?
F’dan ir-rakkont romantiku u li jżommok bil-kurżita` sa l-aħħar, wieħed jara kemm hi kerha l-għira, u jintebaħ bil-konsegwenzi li ġġib magħha l-ġibda għar-rekkezzi.
Fost l-għira u l-egoiżmu niltaqgħu wkoll ma’ karattri twajba u qlub nobbli li, għalkemm jiġu nvoluti f’ħafna nkwiet, xorta waħda jżommu d-dekor tagħhom.













Reviews
There are no reviews yet.