Availability: In Stock

F’qiegh l-abbiss I-Lizbetta

SKU: 9789995767020

Original price was: €15.00.Current price is: €7.00.

899 in stock

Description

Dak il-ħin sajjetta faqqgħet fuq is-saqaf tas-sagristija u biċċiet żgħar tal-ġebel waqgħu madwar u fuq Dun Matteo u Liżbetta. Il-qassis inħasad u ħares ’il fuq. Kif ratu aljenat Liżbetta ħatfet lil bintha u ġriet lejn il-bieb.
Dun Matteo ġie f’tiegħu u għajjat, “Ieqaf! Qed ngħidlek f’isem Alla l-imbierek, ieqaf!”
Iżda Liżbetta baqgħet tiġri u wara ftit semgħet il-passi tqal tiegħu warajha. Meta kienet waslet f’nofs il-knisja semgħet lill-qassis jgħajjat, “Żommuha! Żommuha u tħalluhiex toħroġ!”
Iżda n-nisa fil-bieb kienu għadhom imwerwra bis-sajjetta tant fil-qrib, u l-inqas kas tal-għajjat tal-qassis.
Dak il-ħin eżatt faqqgħet sajjetta oħra akbar u nstema’ l-ħoss ta’ ġebel jaqa’ quddiem il-bieb tal-knisja u l-art tal-misraħ. Mal-ħoss tal-ġebel instema’ wkoll il-ħoss ta’ qanpiena titgerbeb fl-art u ddoqq u taħbat maċ-ċnagen li waqgħu mill-kampnar kbir u massiċċ. Iż-żewġ qniepen l-oħra waqgħu fuq l-art tal-kampnar stess, li għal ftit ma sfrundax bit-toqol tagħhom. In-nisa werżqu u Liżbetta baqgħet ħierġa tiġri mill-knisja bix-xita qliel nieżla fuqha u fuq it-tarbija, u bil-ġebel għadu nieżel madwarha.

Additional information

Category Category:
Tag ,
Weight 730.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “F’qiegh l-abbiss I-Lizbetta”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…