Availability: In Stock

Triloġija ta’ Oliver Friggieri

SKU: TRILOGIJAOF

Original price was: €33.00.Current price is: €28.00.

Description

It-Tfal Jiġu bil-Vapuri

Din il-ġrajja sseħħ f’dinja raħlija fil-bidu tas-seklu għoxrin. Il-wied, il kampanja, it-toroq, id-dar, id-drawwiet: ambjent amtik sħiħ hu mfisser bir-reqqa. Susanna u Arturu huma vittmi taċ-ċirkustanzi. Dun Grejbel hu l-qassis ideali li l-qdusija tiegħu stess tkissru f’għajnejn il-bnedmin. Is-Sinjura, il-missier, u karattri oħrajn jiffurmaw epoka sħiħa. Bi storja semppliżi r-rumanz jesplora sempliċi r-rumanz jesplora sitwazzjonijiet li ma jitbiddlux u m’għandhomx żmien. Oliver Friggieri hu l-awtur ta’għadd kbir ta’ kotba li bosta minnhom dehru f’diversi pajjiżi barranin. Ir-rumanzi, in-novlli u l-poeżiji tiegħu nqalbu f’diversi lingwi.

La Jibbnazza Niġi Lura

Rumanz li jkompli ma’ It-Tfal Jigu bil-Vapuri. L-istorja ssehh f’ambjent rahli fil-bidu tas-seklu ghoxrin: il-wied, il-kampanja, it-toroq, id-djar. Storja dwar Susanna, Arturu, is-Sinjura, Dun Grejbel, Katarina, Stiefnu, u ohrajn f’rahal zghir maqtugh ghalih wahdu. Hemm ukoll il-hajja kulurita tal-port. Kollox idur madwar qassis twajjeb, mahbub u mwegga’.

Dik id-Dgħajsa f’nofs il-Port

Dik id-Dgħajsa f’Nofs il-Port hu rumanz li jkompli maż-żewġ rumanzi ta’ qablu, It-Tfal Jiġu bil-Vapuri u La Jibbnazza Niġi Lura. L-istorja sseħħ f’raħal fil-bidu tas-seklu għoxrin: il-wied, il-kampanja, it-toroq, id-djar. Storja ta’ nies vittmi taċ-ċirkustanzi: Susanna, Arturu, Dun Grejbel, Katarina, Stiefnu u oħrajn, fosthom Wistin li qiegħed ifittex il-passat tiegħu. Fl-ambjent tal-port tiġri wkoll parti kbira mir-rakkont. Kollox idur madwar Dun Grejbel, qassis twajjeb li jispiċċa biex ibati ħafna. Rumanz li permezz tal-passat jirrakkonta sitwazzjonijiet ta’ kull żmien.

Oliver Friggieri hu l-awtur ta’ numru kbir ta’ kotba, li aktar minn ħamsin minnhom ġew ippubblikati f’diversi pajjiżi barranin. Ir-rumanzi, in-novelli u l-poeżiji tiegħu ġew maqlubin f’ħafna lingwi. Jikteb bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan. Kotba tiegħu oħra huma Fjuri li ma Jinxfux – Tifkiriet 1955-1990, Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ.

Additional information

Category ,
Tag , , ,
Weight 1080.0000 kg
Dimensions 20 × 1227.5 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Triloġija ta’ Oliver Friggieri”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…