Availability: In Stock

L-Istramb

SKU: ISTR

5.25

Description

Minn mindu deher għall-ewwel darba fl-1980, L-Istramb inqaleb f’diversi lingwi – Ingliż, Franċiż, Sloven u Maċedonjan – u ġie ppubblikat f’Renfrewshire, Pariġi, Ljubljana, u Belgrad.

Huwa rumanz qawwi u konċiż, miktub b’nifs maħrub li jesprimi l-burdati differenti li jgħaddi minnhom żagħżugħ fi kriżi ta’ identità  li qiegħed ifittex lil Alla, lid-dinja ta’ madwaru u lilu nnifsu. Huwa rakkont li fih jistgħu jingħarfu bosta żgħażagħ oħrajn li bħal Baruk, il-karattru ewlieni, jistennew mill-istituzzjonijiet u mill-ambjent it-tweġibiet li jibqgħu ma jaslulhomx. Mid-dar sas-Seminarju, mit-toroq imwarrbin sal-kamra magħluqa tiegħu, Baruk jagħmel vjaġġ mimli intensità .

Oliver Friggieri, awtur internazzjonali li l-kotba u l-istudji tiegħu ġew ippubblikati f’ħafna bliet barranin u li diversi xogħolijiet tiegħu nqallbu f’bosta lingwi, hawnhekk jikkonċentra fuq l-għeluq ta’ gżira biex fiha jsib ukoll il-bniedem li jixtieq l-arja tal-bieraħ bla qies.

Additional information

Category Category:
Tag ,
Weight 140.0000 kg
Dimensions 19.5 × 12.0 cm
Publisher

Book Author

Cover

Year of publication

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “L-Istramb”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…