Availability: In Stock

Requiem Għal Sieħbi Faxxista – Jew L-Interrogazzjoni

SKU: 9789993261988

Original price was: €12.00.Current price is: €8.00.

3 in stock

Description

Ir-rumanz ċelebri ta’ Francis Ebejer maqlub għall-Malti minn Charles Briffa fi żmien meta Ebejer kien għadu ħaj.

Il-ġrajja tittratta l-ħbiberija u l-imħabba kumplessa tal-karattri fi żminijiet imwegħra ta’ gwerra. Ebejer jislet psikoloġija taż-żgħożija li jkollha tgħaddi mid-diffikultajiet tat-tletinijiet għad-diffikultajiet tal-gwerra u timmatura maż-żmien.

Fis-sengħa ta’ l-awtur il-karattri Maltin jinħassu Mediterranji u l-barranin (Ingliżi, Russi, Taljani, Lhud) joħolqu kuntrast. In-narrattiva qiegħda fl-ewwel persuna u toħloq aspetti ta’ familjarità  mal-karattru ewlieni. Il-ġrajja tintiseġ mill-għoxrinijiet sas-sebgħinijiet tas-seklu għoxrin, imma t-temi huma universali għax umani.

F’dan ir-rumanz Ebejer jiżviluppa l-ħsieb ta’ familja u ta’ ħbiberija bħala sentimenti Maltin.

Huwa rumanz li nqaleb għall-Malti b’konsultazzjoni regulari ma’ l-awtur. Kull kapitlu li kien jaqleb, Briffa kien jgħaddih lil Ebejer għall-approvazzjoni tiegħu.

Additional information

Category ,
Tag Tag:
Weight 344.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Requiem Għal Sieħbi Faxxista – Jew L-Interrogazzjoni”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…