Description
Dan il-ktieb qiegħed imfassal biex jgħinek u jiggwidak kif għandek tipprepara u tistudja l-qwiel għal diversi sillabi fosthom: tal-Primarja, tal-Liċej, tas-Sekondarja. Dan il-ktieb hu miktub minn għalliem tal-Malti u għalhekk l-informazzjoni li fih hi ppreżentata b’mod ċar u konċiż.
Fih jinkludi:
· ġabra ta’ qwiel miġbura taħt temi differenti;
· definizzjoni ta’ kull qawl;
· l-użu ta’ kull qawl f’sentenza;
· definizzjoni ta’ kliem tqil wara kull tema;
· eżerċizzji varji ta’ livelli differenti fuq kull tema bil-qies;
· eżempji ta’ eżerċizzji varji li jistgħu joħorġu fl-eżamijiet akkumpanjati b’kummenti, pariri u risposti mudell;
· pariri fuq żbalji ortografiċi (spelling mistakes) li l-istudenti jagħmlu meta jiktbu l-qwiel;
· sezzjoni apposta, maqsuma fi tlieta, li tgħin lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tal-qwiel qabel l-eżami taċ-ĊES;
· glossarju tal-qwiel kollha li ntużaw f’dan il-ktieb;
· kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.
Nota:
Din is-sena Saliba ppubblika wkoll il-ktieb Idjomi Maltin għal studenti għaqlin. Dan huwa ktieb fuq il-qwiel li jikkumplimenta lil Qwiel Maltin għal studenti ħabrikin.
Għal aktar dettalji ara l-websajt www.charledanielsaliba.com

































Reviews
There are no reviews yet.