Description
Dan il-ktieb hu mfassal apposta biex jgħin u jiggwida lill-istudenti biex iħejju ruħhom għat-taqsima letterarja tal-karta tal-eżami taċ-ĊES tal-Malti fil-Livell Ordinarju, skont is-sillabu li l-eżami tiegħu se jibda mill-2026 ’il quddiem.
Fih jinkludi:
• noti u eżerċizzji dwar il-biċċiet letterarji kollha mniżżla fis-sillabu li jinkludu: il-poeżiji ta’ Dun Karm, in-novelli, is-siltiet minn rumanzi u l-poeżiji l-oħra;
• taħriġ fuq it-test mhux imħejji;
• punti kif jissawwar komponiment letterarju;
• mudelli ta’ komponimenti letterarji kemm dwar tema kif ukoll dwar it-teknika;
• titli ta’ komponimenti letterarji;
• lista u definizzjoni tat-termini letterarji, b’eżempji differenti u eżerċizzji relatati;
• pariri siewja kif issir tħejjija għall-eżami.
Jikkomplimenta dan il-ktieb hemm il-ktieb:
Hemm Art fil-Folja – Tweġibiet, BDL Publishing

































