Availability: Out of Stock

Meta Karbet Is-Sirena

SKU: MKS

6.12

Out of stock

Categories: ,

Description

Charles Bezzina twieled ir-Rabat Ghawdex nhar il-Gimgha l-l ta’ Dicembru 1961. Huwa awtur tal-kotba tal-poeziji Triqat Bla Tarf (1987), Meta Karab il-Bahar (1993), Bahar Solidarju (1996) u Mewgiet tal-Hemda (2002). Il-ktieb Bahar Solidarju ssemma b’gieh fil-Premju Letterarju 1997, imniedi mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali. Bosta mill-poeziji tieghu dehru f’antologiji u nqraw fuq  mezzi tax-xandir. Huwa rebbieh ta’ diversi konkorsi letterarji u organizzatur ta’ diversi lejliet Muziko-Letterarji f’Ghawdek b’rizq il-poezija. Fl-1994 inghata l-premju internazzjonali Citta Di Valletta ghall-Poezija.

Lejn l-1996, Charles Bezzina beda jigbor il-materjal kollu ta’ missieru Frank Bezzina (1925-1996). Dan ghamlu bil-ghan li jghaqqad u jkabbar iz-zewg kotba precedenti tal-gwerra ta’ missieru, studjuz tal-gwerra, bejn is-snin 1983-1994. Fis-sena 2000 huwa ppubblika l-ktieb Il-Qilla tal-Gwerra Fug Ghawdek 1940-1943. Fost l-istudjuzi ta’ l-istorja dan il-ktieb volominuz tqies bhala wiehed ta’ siwi dokumentarju u ta’ fejda kbira ghall-istorja tat-tieni gwerra f’Ghawdex.

F’dawn l-ahhar snin Charles Bezzina ssokta jigbor aktar materjal dwar Ghawdek fil-gwerra. Meta karbet is-Sirena huwa ghalhekk kwadru mlewwen ta’ esperjenzi personali; ittifkiriet ta’ xi Ghawdxin li ghexu fiz-zmien kiebi u iebes tal-gwerra. Huwa fuq kollox antologija ta’ rakkonti li juru l-grajja vera daqskemm socjali tal-poplu Ghawdxi, li ghalkemm garrab anqas mill-poplu Malti, hass il-biza’ u t-taqtigh il-qalb kul meta karbet is-serena.

Charles Bezzina huwa membru ta’ l-Akkademja tal-Malti, ta’ l-Ghaqda Letterarja Maltija, ta’ l-Ghaqda tal-Malti (Universita) u delegat ghal Ghawdex ta’ l-Ghaqda Poeti Maltin. Huwa wkoll membru tan-National War Museum Association u membru fil-Kunsill tal-Kultural ghal Ghawdex.

Additional information

Category ,
Tag
Weight 218.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Meta Karbet Is-Sirena”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…