Description
Charles Bezzina twieled ir-Rabat Ghawdex nhar il-Gimgha l-l ta’ Dicembru 19611. Huwa awtur tal-kotba tal-poeziji Triqat Bla Tarf (1987), Meta Karab il-Bahar (1993), Bahar Solitarju (1996), Mwgiet tal-Hemda (2002) u Kurrenti Solitarji (2005). Il-ktieb Bahar Solitarju ssemma b’gieh fil-Premju Letterarju 1997, imniedi mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, filwaqt li l-ktieb Mewgiet tal-Hemda rebah it-tieni post fil-Premju Letterarju 2002, imniedi mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Zghazagh u Impieg. Ghal dik is-sena l-ewwel premju ma nghatax. Bosta mill-poeziji tieghu dehru f’antologiji u nqraw fuq mezzi tax-xandir. huwa rebbieh ta’ diversi konkorsi letterarji u organizzatur ta’ diversi lejliet Muziko-Letterarji f’Ghawdex b’rizq il-poezija. Fl-1994 inghata l-premju internazzjonali Citta Di Valletta ghall mill-President ta’ Malta.
Lejn l-1996, Charles Bezzina beda jigbor il-materjal kollu ta’ missieru Frank Bezzina (1925-1996). Dan ghamlu bil-ghan li jgaqqad u jkabbar iz-zweg botba precendenti tal-gwerra ta’ missieru, johroghom fi ktieb wiehed u jigbor il-kapitli l-godda li kien kitieb missieru, johroghom fi ktieb wiehed u jigbor il-kapitli l-godda li kien kiteb missieru, studjuz tal-gwerra, bejn is-snin 1983-1994. Fis sena 2000 huwa ppubblika l-ktieb Il-Qilla tal-Gwerra Fuq Ghawdex 1940-1943. Fost l-istudjuzi ta’ l-istorja dan il-ktieb volominuz tqies bhala wiehed ta’ siwi dokumentarju u ta’ fejda kbira ghall-istorja tat-tieni gwerra f’Ghawdex fil-gwerra, u r-rizultat ta’ dan kien li fl-2003 huwa ppublika l-ktieb Meta Karbet is-Sirena. Dan il-ktieb huwa kwadru mlewwen ta’ espejenzi personali; it-tifkiriet, irrakkonti ta’ xi Ghawdxin li ghexu fiz-zmien kiebi u ibes tal-gwerra. Fl-2004 huwa ppubblika t-tielet ktieb dwar il-gwerra, The Gozo Airfield; ktieb li jitratta dwar il-bini tal-mitjar li kien sar f’Ghawdex fi zmien il-gwerra.
Illum, wara iktar ricerka, Charles Bezzina qighed jippubblika l-ktieb Il-Vittmi Ghawdxin tat-Tieni Gwerra. Dan il-ktieb, frott ta’ snin kbar ta’ricerka, jaghti lista shiha u kompluta tan-nies Ghawdxin li tul l-ahhar gwerra sfaw vittmi. Ghall-ewwel darba, il-vittmi Ghawdxin qeghdin jigu migbura kollha ghalihom b’dettalji li qatt ma dehru qabel. Huwa ktieb, rikorju, li jfakkar b’mod solenni lil dawk l- Ghawdxin innocenti li mietu taht il-qilla ta’ l-ghadu.
Charles Bezzina huwa membru ta’ l-Akkademia tal-Malti, ta’ l-Ghaqda Letterarja Maltija, ta’ l-Ghaqda tal-Malti (Universita) u delegat ghal Ghawdex ta’ l-Ghaqda Poeti Maltin. Huwa wkoll membru tan-National War Museum Association.































Reviews
There are no reviews yet.