Description
“Hu prattikament impossibbli tidentifika l-ġeneru tar-rumanz ġdid ta’ Żahra. Is-Seba’ Tronġiet Mewwija mhuwiex rumanz wieħed; fil-fatt għandu riħa ta’ ħafna stejjer. L-eklettiżmu letterarju ta’ l-awtur jidher ċar daqs il-kristall mis-suriet differenti ta’ narrattiva li jagħżel biex idomm sensiela ta’ episodji li appuntu għax jiżvolġu f’epoki distakkati minn xulxin jitolbu strateġija stilistika differenti. Ir-rumanz jiġbor fih konvenzjonijiet li jvarjaw mir-rakkont mitoloġiku sal-leġġenda folkloristika, mill-fjaba antropomorfika sal-proża storikoromantika, mill-fantasija gotika sal-żrafa morali. Żahra jirnexxilu jsawwar pastiche konvinċenti ta’ dawn il-ġeneri kollha.”
Mario Cassar































Reviews
There are no reviews yet.