Description
Meta Toni kellu sitt snin, ħabta u sabta sab ruħu jgħix ġo dar kbira u qadima fil-Belt…tifel waħdu ma’ ħames nisa. Ma kinitx dar komuni. Kienet dar li tistenbaħ mal-lejl, tokrob, titniehed u tagħmel kull xorta ta’ ħsejjes; waqt li n-nanna ċ olina tqum tippassiġġa fid-dlam, iċċekċek il-kuruna tar-rużarju u titlob lil San Mikiel. Fuq kollox, dik id-dar qadima kienet tobgħod lill-irġiel.































Reviews
There are no reviews yet.