Availability: Out of Stock

Il-Ktieb tas-Soltu: Minn Ħas-Sajjied Birkirkara jew Kelma Ġġib lil Oħra

Author: Tarcisio Zarb
SKU: 9789918200108

20.00

Out of stock

Description

F’dan il-ktieb Tarċisju Zarb jibni, fl-istil ta’ wieħed jista’ jsejjaħlu n-nixxiegħa tas-subkuxjent l-idjomatiċità u d-deikitiċità Karkariża, b’mod speċjali kif kienet tinstema’ matul meddet is-snin fin-naħa ta’ Ħas-Sajjied ta’ din il-belt Maltija. Hawnhekk, għaldaqstant wieħed għandu jsib l-oralità idjomatika u proverbjali tan-nies – idjomatiċità li sawret skemi mentali awtentiċi ta’ ħabitus uniku, li flimkien mal-lingwa li kienet isseħħ ukoll fil-knejjes u minn fuq ir-rediffusion, fost oħrajn, bniet il-viżjoni tal-ħajja mxierka tal-Karkariżi, skont id-djalett, is-soċjolett u l-idjolett partikolari ta’ din in-naħa ta’ pajjiżna.

Fl-isess ħin, madanakollu, il-ġabbar ta’ dan ir-repertorju lingwistiku-antropoloġiku, għaraf ukoll jgħaddi xi tip jew ieħor ta’ kummentarju ta’ xeħta lingwistika, folkloristika u etnografika. B’dan il-mod, wieħed ikun jista’ jifhem l-iskemi mentali daqskemm soċjali li fihom għexu u sawru lilhom infushom ommijietna u missirijietna, għalkemm l-impronta ewlenija ta’ din l-idjomatiċità hija dik tal-mara – li l-preżenza tagħha kienet dejjem, u aktar konsistenti u persistenti, f’dan l-ambjent Ħassajjiedi, kif ukoll fit-toroq tal-madwar.

Additional information

Category , , ,
Tag
Weight 740 kg
Dimensions 21 × 14.5 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Ktieb tas-Soltu: Minn Ħas-Sajjied Birkirkara jew Kelma Ġġib lil Oħra”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…