Availability: In Stock

Il-Ġenn li Jżommni F’Sikkti

Author: Trevor Zahra
SKU: 9789990914047

15.00

Description

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

L-awtobijografija ta’ Trevor Å»ahra

Jgħidu li kienet xitwa qalila dik tas-’47. Kien għamel ħafna maltemp u saħansitra niżlet il-borra, u waqt li l-majjistra kienet qed taħsilni faqqgħet sajjetta u mar id-dawl ta’ kullimkien. Kulmeta z-zija Nena kienet issemmi dan l-episodju kienet tikxef l-abjad t’għajnejha kollu qisha se tirrakkonta t-tmiem ta’ traġedja Griega.

Qatt ma stajt nifhem għalfejn kienu għamlu dak l-għaġeb kollu. Forsi ħasbu li s-sajjetta kienet laqtet il-banju u li meta jiġi d-dawl kienu se jsibu li għandhom f’idejhom tarbija mbaskta donnha statwa ta’ Pompej; jew forsi immaġinaw li kont se negħrqilhom ġo sitt pulzieri ilma; jew inkella meta semgħuni nħanġar (għax ma naħsibx li bqajt lura) ħasbuni qed nibża’ mid-dlam. Insew li kont qattajt disa’ xhur sħaħ fid-dlam mingħajr l-iċken tgergira.

Autobiography

Additional information

Category Category:
Tag ,
Weight 560 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Book Author

Cover

Year of publication

Author 2

Language

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Il-Ġenn li Jżommni F’Sikkti”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…