Description
L-ebusija tar-ras u qalb xierfa huma żewġ namrati li meta jiltaqgħu fl-istess persuna, flimkien jibnu relazzjoni mingħajr imħabba u li minnhom joħroġ wild qalil jissejjaħ tirannija. Għall-kuntrarju, ras għaqlija u qalb ħelwa kapaċi jinnamraw flimkien u mill-imħabba ta’ bejniethom joħroġ il-wild li jissejjaħ sabar. Imma meta t-tirannija u s-sabar iħabbtu kushom ma’ xulxin u jaraw li l-mibegħda ta’ wieħed u l-ħlewwa tal-ieħor ma jistgħux jgħixu flimkien, dawn joħolqu bejniethom gwerra. Maż-żmien joħorġu l-armi u jiġġieldu bihom… it-tirann iwaddab il-vleġeġ biex iferi lis-sabar fil-qalb u s-sabar joħroġ it-tarka u bis-sabar tiegħu joqgħod jiddefendi sakemm l-ieħor jinħlewlu l-armi! U jkun minn dawn l-attakki illi xi mkien titwieled il-vendetta.
F’din l-istorja nsibu taħlita ta’ dawn is-sentimenti li għax imsejħin ‘ta’ ġewwa’, bilfors kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ xulxin… min għax ifittex l-inkwiet u min għaliex ried illi jfittex il-vendetta. Xi darba, imma… ma jibqax iżjed it-titlu ‘ta’ ġewwa’… jintilef is-suppost rispett u d-demm isir semm!












Reviews
There are no reviews yet.