Description
Ġrajjiet il-Kliem: Qadim u Tekniku jwasslilna ġabra ta’ osservazzjonijiet, ħsibijiet, u kurżitajiet attwali fuq ilsienna. L-għan ta’ din il-ktieb huwa li juri, bil-varjetà li jipprovdi, kemm il-Malti huwa interessanti meta nifluh bir-reqqa u kemm nistgħu noqogħdu nfettu fit-tifsir bejn kelma u oħra biex nisiltu s-sens li jkollna bżonn.
Fil-vjaġġ tagħna biex infittxu l-ġrajja wara l-kelma nsibu ruħna f’artijiet ta’ ħsieb fejn il-Malti qatt ma mar qabel. U f’dawk l-artijiet tal-ħsieb nilmħu kultura u mentalità ta’ missirijietna li newlulna lingwa li tiswa mitqilha deheb għax tifrixilna skrin ta’ dehen u għaqal f’tiswiriet fil-moħħ.
Għaldaqstant, Ġrajjiet il-Kliem: Qadim u Tekniku jagħraf l-importanza tal-Malti bħala espressjoni tal-ħajja soċjali u storika tal-gżejjer tagħna. Din hija ħidma li tifhem il-Malti
- bħala mezz ta’ transmissjoni għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda,
- bħala għajnuna għall-istorja tal-ġrajjiet tal-imgħoddi, u
- bħala fehim tat-twemmin tal-antenati tagħna.
U fl-istess ħin dan ix-xogħol jipprova jwassal lill-qarrejja biex jifhmu li l-lingwa hija mezz ukoll ta’ espressjoni ta’ relazzjonijiet soċjali fl-ambjent tal-lum.














Reviews
There are no reviews yet.