Availability: In Stock

Ejjew Nidħku Ftit Ieħor ma’ Charles Clews

Author: Toni Sant
SKU: 9789993217619

15.00

8 in stock

Description

Charles Clews twieled l-Isla fis-27 ta’ Settembru 1919. Wara edukazzjoni primarja huwa studja l-Liċeo mnejn daħal it-Tarzna Navali bħala apprentista u studja fid-Dockyard Technical College. Huwa serva bħala Engine Fitter u spiċċa bħala Surveyor. Fl-1964 daħal bħala ġurnalista mal-Union Press, mnejn irtira bl-età fl-1980.

Clews kien magħruf l-aktar bħala attur komiku fuq il-palk, radju u TV. huwa kien kofundatur kemm tal-kumpanija teatrali Stage Commandos, kif ukoll tar-Radju Muskittieri li kienet ixxandar kull ġimgħa fuq ir-Redifussion. Għalihom kiteb għadd kbir ta’ skripts. Kiteb ukoll għall-palk l-aħjar produzzjonijiet tal-iStage Commandos. Fost l-aktar xogħlijiet popolari tiegħu nsibu ‘It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla’.

Huwa kien mistieden darbtejn l-Awstralja bħala entertainer għall-emigranti Maltin hemmhekk. Tul il-karriera tiegħu rreċta tista’ tgħid fuq kull palk ta’ Malta u t’Għawdex. Għal kważi 50 sena sħaħ huwa kellu kolonna regolari fil-gażżetta ta’ nhar ta’ Ħadd It-Torċa li kien ilu jikteb sa mill-ewwel edizzjoni li ħarġet f’Ottubru tal-1959. Huwa kien ukoll ippubblika seba’ kotba żgħar ta’ xejra umoristika bl-isem Ejjew Nidħku Ftit. 

Fl-1996 Charles Clews ġie mogħti l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika u s-sena ta’ wara ġie onorat mill-Awtorità tax-Xandir bi Special Award for Light Entertainment għall-ħidma ta’ aktar minn 50 sena fil-qasam umoristiku.

Charles kien miżżewweġ lil Anne, nee Pavia, u kellu tmint itfal: wieħed minnhom, Hillary, miet fil-Kanada fl-1998.

Charles Clews mar jistrieħ fil-paċi għal dejjem fid-29 ta’ Jannar 2009.

Additional information

Category ,
Tag
Weight 1250 kg
Dimensions 21 × 26 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Ejjew Nidħku Ftit Ieħor ma’ Charles Clews”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…