Availability: In Stock

Żero

SKU: 9789990917864

9.95

Category:

Description

Żero se jagħlaq erbatax-il sena. Qatt ma kellu kuntatt ma’ bnedmin oħra, ma jafx x’inhi l-kesħa jew is-sħana, qatt ma ħass ir-riħ jew mess il-borra. Għex dejjem waħdu, f’post magħluq u maqtugħ minn kollox u minn kulħadd — ħlief għal-leħen tal-gwida tiegħu Mader. F’dak il-post tgħallem u tħarreġ kif juża droni militari sofistikati.

Żero, bil-mod tiegħu, jgħix kuntent. Kburi bir-riżultati li jġib, dixxiplinat għall-aħħar.

Sa ma darba … id-dwal ta’ dak il-post fejn jgħix jintfew u madwaru jaqa’ dlam ċappa. Żero jibda jaħseb li dak huwa biss it-test li jmiss. B’xi mod, jirnexxilu joħroġ u mid-dinja virtwali fejn trabba, isib ruħu fid-dinja reali. Hemmhekk nieżla l-borra, l-iscreens donnhom ma jaħdmux kif imdorri hu, anzi m’hemm xejn li jagħraf.

Hekk tibda l-ġrajja ta’ Żero, b’ħarba perikoluża min-nies li rabbewh, fejn irid jifhem ir-raġuni tal-eżistenza tiegħu u fl-istess ħin isib mod kif jgħix fid-dinja l-vera.

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 290 kg
Dimensions 19.8 × 13 cm
Author 2
Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Żero”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…