Availability: Out of Stock

Xi drabi mqar persuna

Author: Simone Galea
SKU: 9789993277262

15.00

Out of stock

Description

Bil-poeżija tagħha Simone Galea tirrakkonta ġisimha. Dak li tikteb m’għandux it-ton użat mill-kittieba rġiel li ħafna drabi semma’ innijiet ta’ konkwista u invażjoni. Minflok, huwa ġisem li jweġġa’, li jbati, li jixtieq u jxennaq, li jisbieħ u jikrieh, li jitqal u jiled, li jimrad, li jfiq, li jissaħħaħ u jiddgħajjef. L-istejjer ta’ dan il-ġisem huma stejjer li jmorru lil hinn mill-ġens tal-kittieba, nieqsa mill-essenzjaliżmu li mdorrijin naraw fil-kitbiet ta’ diversi kittieba rġiel. Huwa ġisem li qatt ma jiġi kkundannat jew mistmerr, anzi, huwa ċċelebrat fil-forom kollha li jieħu fis-sitwazzjonijiet kollha li jintuża fihom…

Huwa l-ġisem li jwassal lil din il-festa femminili fl-apiċi tagħha.

Immanuel Mifsud

Simone Galea tirrapreżenta lin-nisa Maltin f’kull ma tikteb, mhux biss għax leħinha huwa intrinsikament dak ta’ mara, imma wkoll għax ix-xbihat tagħha għandhom is-saħħa ta’ xbihat marbutin mal-kultura Maltija – il-baħar, ir-riħ, is-sajf, il-ġewlaq, l-immigranti klandestini…

Galea jirnexxielha tipprotesta, u tipprotesta bil-qawwi, imma l-fehma tagħha, avolja miftuħa, awtentika, determinata, tagħraf tkun ukoll ħelwa u mdejqa bl-istupidaġni li kapaċi tfixkel il-komunikazzjoni friska u vera. L-aggressività ta’ argument siewi taf tinbidel f’ton ġentili ta’ persważjoni.

Maria Grech Ganado

Additional information

Category ,
Tag , , ,
Weight 120 kg
Dimensions 18 × 14.7 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Xi drabi mqar persuna”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…