Availability: In Stock

Xenati minn fuq il-Palk, Ċajt ta’ wara l-Kwinti

Author: Ron Briffa
SKU: 9789918230075

25.00

Description

Xenati minn fuq il-Palk, Ċajt ta’ wara l-Kwinti jlaqqgħek ma’ atturi u persuni oħra li ħadmu fuq il-palk jew fit-teatru. Dan il-ktieb fih minjiera ta’ ċajt, praspar u avventuri li għamlu jew saru fuq atturi veterani u oħrajn ġodda. Taħlita ta’ inċidenti li ġraw fuq il-palk, wara l-palk, fit-teatru jew waqt recordings għal teledrammi. Uħud minnhom ġraw meta t-television kien għadu jxandar black and white jew meta kien għadu jintuża l-istadium tal-Gżira! U għalhekk se taqra dwar Vitorin Galea, Charles Thake, Charles Clews, Francis Ebejer, Gemma Portelli, Johnny Navarro, George Portelli, Josie Coppini, Karmen Azzopardi u tant oħrajn bħal Mary Rose Mallia, Mario Micallef, Sean Buhagiar, Frida Cauchi, Manwel Cassar, Hector Bruno, Alan Montanaro …

F’dan il-ktieb Ron Briffa ġabar aneddoti umoristiċi li bħal donnhom dejjem kienu l-akbar sigrieti tal-atturi – jirrakkuntawhom lil xulxin imma mhux fil-pubbliku. Iżda issa anki inti tista’ taqra u tiddeverti b’dak li kien jiġi mistur jew maħżun biss fil-memorja tal-atturi. Dawn ħabbtu wiċċhom ma’ incidenti, kien hemm fejn żelqu, fejn issawtu f ’xeni tal-passjoni, fejn żerżqu kliem li ma kienx fl-iskript u allura kien hemm min kellu jivvinta …

L-atturi daħqu bejniethom, issa l-mument li tidħaq inti wkoll b’dak li se taqra.

Illustrazzjonijiet: Mark Schembri

Additional information

Category , ,
Tag
Weight 610 kg
Dimensions 25.3 × 17 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Xenati minn fuq il-Palk, Ċajt ta’ wara l-Kwinti”

Your email address will not be published. Required fields are marked *