Availability: In Stock

Waqtiet Kalkarizi

Author: Charles Flores
SKU: 9789995799120

5.95

47 in stock

Description

Iċ-ċiklu tal-ġenerazzjonijiet jifforma parti sħiħa mit-tnissil tal-istorja ta’ pajjiż, belt, raħal u nazzjon. Matulu jsir taqlib soċjali u ekonomiku li jkompli jħawwar il-ġrajjiet tagħna kemm bħala individwi kif ukoll bhala ġens.
F’din il-ġabra ta’ kitbiet, Charles Flores jaqbad epoka li fiha l-ġenerazzjoni ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija ħalliet il-marka tagħha f’oqsma varji bħall-isport, il-kultura, il-letteratura, is-soċjetà , id-divertiment, il-politika u r-reliġjon fost oħrajn.
Il-Kalkara hija s-subborg ħlejju tal-Kottonera fejn tkebbsu t-tifkiriet nostalġiċi tal-awtur. Fl-istil ħafif u mexxej tiegħu, Charles Flores iwasslilna stampi minn tfulitu u parti minn żgħożitu biex hekk joffri ħolqa oħra fil-ħannieqa ta’ ġrajjiet u waqtiet interessanti li jsawru l-istorja. Jeħodna mill-postijiet fejn kienu jedhew it-tfal u ż-żgħażagħ qabel il-miġja tal-kompjuter u l-internet sad-drawwiet, iċ-ċelebrazzjonijiet u l-mod ta’ għajxien li jiddistingwu ġenerazzjoni minn oħra.
Minbarra l-qari leġġer tagħhom, dawn l-akkwarelli ħelwin jagħtu lok ukoll għal eżerċizzju komparattiv għal min ‘€“ student, għalliem, riċerkatur, storiku, eċċ. ‘€“ ikun irid jidħol ferm aktar fil-fond tal-istorja tal-Kottonera, il-Kalkara u l-madwar’€¦ riflessa wkoll fil-bixra nazzjonali tal-istorja ta’ Malta u Għawdex kif rajnieha, u għadna narawha, titkattar mal-milja tas-snin.
Kalkara

Additional information

Category , ,
Tag ,
Weight 250 kg
Dimensions 20.8 × 14.8 cm
Publisher

Book Author

Cover

Year of publication

Language

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Waqtiet Kalkarizi”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…