Description
FRANK BEZZINA twieled ir-Rabat, Għawdex, nhair is-Sibt 16 ta’ Mejju 1925, fost disat aħwa. Huwa temm l-istudji tiegħu fis-Seminarju ta’Għawdex. Meta bdiet il-gwerra, huwa kellu 15-il sena, eta li seta’ jihem dak kollu li kien qiegħed jiġri madwaru.Għalhekk meta kien jaqa’ xi ajruplan jew taqa’ xi bomba, kien jiġri lejn il-post biex isib u jżomm tijkira tal-gwerra. Kien iniżżel dettalji dwar dak li jkun ra u dwar ġrajjiet li ġwar f’ dawk is-snin kiebja tal-gwerra. F’Jannar 1946 huwa ta bidu biex jiġbor materjal ieħor bil-għan li jippubblika ġrajjiet Għawdex fil-gwerra. Għal snin huwa xandar fil-ġurnali, mir-Rediffusion u mit-television dwar żmien il-gwerra. Fl-1977 huwa ħareġ il-ktieb Il-Qilla tal-Gwerra Fug u Madwar Għawdex 1940-1943 u fl-1981 ippubblika t-tieni ktieb tiegħu F’Għawdex fi Å»mien il-Gwerra. Minħabba li sa dak in-nhar ħadd ma kien biss possibli jinġabar dak in-nhar, kien jintilef. Il-Kaptan Debono (1914-1991) li fil-gwerra kien responsibbli mill-Home Guard u mill-Pulizija tax-Xtut f’Għawdex, kiteb hekk f’ittra li huwa bagħat lil Frank Bezzina fit8 ta’ Frar 1982: I want to express my appreciation not only for the style in which this book has been compiled, but more so for your effort in putting on record what our little but beautiful island has seen and been through, throughout the war years 1940-1943. I well remember you as a youth one morning in March 1941, if I remember well the date, when a Messerschmitt crashed on Kenuna ridge in Nadur, going around the crowd and searching among the debris of the crash, collecting data for a possible diary. Your effort, since then, must have been tireless throught the war years and after, most specially in interviewing people and looking up records available in Gozo, and with the Police. I must confess with you that it has been always my desire to see such a publication about the Gozitan war effort,and I am glad to note now that you have done the job.





























Reviews
There are no reviews yet.