Description
It-tagħrif li nistgħu nisiltu minn kitba qadima ta’ nofs is-seklu dsatax; tagħrif li jgħinna nitkellmu u nesprimu ruħna aħjar meta nitkellmu fuq l-ambjent ta’ madwarna, iċ-ċiklu tan-natura, u l-fiżjonomija tal-art.
Fl-1849 u l-1850, għal sentejn fuq xulxin, is-Società Economico Agraria ta’ Malta ħarġet ‘Kalendarju għall-Bidwi’ li kien miktub paġna bit-Taljan u paġna bil-Malti.
Dnub li bil-Malti ħareġ biss għal dawk is-sentejn, u hu dnub ferm ikbar li d-dizzjunarji tagħna donnhom li ma tawx kas tal-Malti li hemm miktub fih.
Għal kull xahar, il-kalendarju kellu dik li jsejħilha ‘Osservazzjoni’, u xi wħud minn dawn l-osservazzjonijiet huma tant ħelwin, u l-Malti tagħhom hu tant interessanti li xtaqna nerġgħu nagħtuhom il-ħajja, u xtaqna wkoll nikkummentaw fuq it-tagħrif kollu li hemm miktub, għax dan il-Kalendarju għandu ħafna x’jgħallimna lilna l-Maltin tal-lum li qed nitilfu ħafna mill-kliem li dari kien komuni fi lsienna.
Tagħrif miġbur minn Ġużi Gatt













Reviews
There are no reviews yet.