Description
Pito u Pita huma żewġ pitirrossi gustużi u ferrieħa u l-għaxqa tagħhom jittajru u jilagħbu flimkien.
Sħabhom spiss jarawhom ma’ kokka l-ġmiel tagħha jisimha Muki u jistagħġbu kemm jidhru jinġiebu u jinħabbu flimkien.
Imma Pito u Pita kif spiċċaw ma’ din il-kokka?
U min hi Petrina?
U tgħid ma’ min joqogħdu jilagħbu noli u Pulizija u Ħallelin?
Ejja magħna fid-dinja ta’ Pito u Pita u malajr issir taf kollox!
B’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu








Reviews
There are no reviews yet.