Availability: In Stock

Minn Dinja Għal Oħra

SKU: 9789918231638

18.00

3 in stock

Description

Minn Dinja għal Oħra u drammi oħra jiġbor damma ta’ tliet xogħlijiet oriġinali. Mario Thomas Vassallo joħloq diversi karattri, sitwazzjonijiet u ġrajjiet li diġà huma familjari u, għalhekk, il-qarrejja/l-udjenza mill-ewwel jiddentifikaw rwieħhom magħhom. Id-djalogar li jsensel Vassallo jgħin biex jiftaħ orizzonti ġodda fil-qalb u l-moħħ ta’ min isegwi; tant li dawn id-drammi jservu ta’ eżami tal-kuxjenza. Fil-karrattri tad-drammi, il-qarrejja/l-udjenza għandhom imnejn jagħrfu lilhom innifishom. Hekk ix-xogħol teatrali ma jibqax distakkat jew sempliċi spettaklu, imma jitlaħħam fil-ġewwieni ta’ min jaqrah jew isegwih. Id-drammi ta’ Vassallo jagħmlu ġieħ kemm lil-letteratura Maltija u kif ukoll lit-teatru Malti li tant għandu bżonn ta’ iżjed xogħlijiet ġodda.

“Dawn il-plejs jagħtu drama realistika vigoruża tal-ħajja kontemporanja, u huma tajbin għad diskussjonijiet fost iż-żgħażagħ. Imma huma wkoll xogħlijiet letterarji li jippruvaw jagħtu xejriet psikoloġiċi tan-natura umana. Hawn għandna drama li tipproġetta viżjoni ta’ Malta kontemporanja li donnha qed tnaqqas mill-fiduċja fiha nfisha.” 

Il-Professur Charles Briffa

 

Additional information

Category , ,
Tag
Weight 220 kg
Dimensions 14.7 × 21 cm
Book Author

Cover

Language

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Minn Dinja Għal Oħra”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…