Description
Bil-mod il-mod beda jikkalma u qalbu naqqset mit-taħbit. Fih kellu taħwida sħiħa; stmerrija għal martu u mibgħeda għal-maħbub tagħha, għal Jimmy, għal missier Miko, li tant kien iħobb. Seta’ jibqa’ jħobbu lil dak it-tifel, li kien dara jgħożż aktar mill-istess uliedu? lil dak it-tifel li lilu kien jadurah? Seta’ jobgħodu kif kien jobgħod lil missieru, lil Jimmy?
Jobgħodu? Lil Miko…?
Le, lil dak it-tifel qisu anġlu, li ma kellu ħtija ta’ xejn, Neriku ma seta’ qatt jobgħodu; seta’ biss iħobbu, jibqa’ jħobbu, issa aktar minn qabel.









Reviews
There are no reviews yet.