Availability: Out of Stock

Marija Bint Sidor

SKU: 9789995775308

12.00

Out of stock

Category:

Description

Is-sbuħija tal-qamar nisslet fiha ferħa mistura, u għal ftit tal-ħin moħħha mtela bi ħsibijiet ħelwin. Dak il-ħin l-hena taż-żgħożija reġgħet tqanqlet mill-ġdid fiha u fawwret lil qalbha b’ferħ li kienet ilha snin ma ġġarrab bħalu. Iżda f’daqqa waħda, ħarsitha ċċassat u ħasset bħal rogħda tiġri ma’ ġisimha kollu. Moħħha ddallam, u minn fommha ħarġet karba ta’ swied il-qalb. Issa quddiem għajnejha feġġ żagħżugħ ieħor jitlobha mħabbitha, iżda kliemu kien żorr, mimli theddid, u ħarstu kienet tal-biża’. Id-dehra ta’ Żaren l-iswed werwritha. Għajnejha mtlew bid-dmugħ, u nfexxet tibki…

Marija Bint Sidor hi waħda mill-istejjer li nsibu f’din il-ġabra ta’ novelli ta’ Joseph Serracino, ta huma minsuġin mit-tiġrib tal-ħajja, fejn il-protoganisti tagħhom, bnedmin tad-demm u l-laħam bħalna, jgħaddu mill-prova tal-ħajja li ħafna drabi tkun iebsa ħafna u tħalli warajha l-weġgħat tagħha. Stejjer oħra f’din il-ġabra li fihom tinħass ħafna l-qawwa tal-imħabba, il-ħaqq tal-ġustizzja, il-paċi u s-sliem li ġġib magħha l-maħfra sinċiera huma: L-Eku tal-Imgħoddi, Is-Sigriet, Ir-Ritratt, Iż-żewġt Iħbieb u L-Għira.

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 210 kg
Dimensions 20 × 13 cm
Book Author

Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Marija Bint Sidor”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…