Description
Hekk kif tiftaħ dan il-ktieb se ssib jilqgħuk numru ta’ stejjer differenti.m Uħud minnhom se jiħduk lura fiż-żmien l-imgħoddi ġewwa l-gżejjer Maltin u Għawdxin. X’saret taf Eżmeralda dwar il-logħob tradizzjonali Malti? U Jessica, x’tgħallmet dwar it-tempji u l-katakombi li għandna madwar Malta u Għawdex? Titħajjar issir taf aktar dwar pajjiżi li jinsabu f’kontinent ieħor? Stejjer oħra żgur li se jqabbduk il-kurżità. Min jaf liema bieb kien jiftaħ il-muftieħ li kellu n-nannu ta’ Thomas! Tixtieq tkun taf x’qaltlu l-pittura msaħħra lil Adrian? Tgħid x’qalilha Ċisju, ir-Re tal-Karnival, liċ-ċkejkna Nina? Dawn l-istejjer u aktar qegħdin jistennewk tiskoprihom f’dan il-ktieb.
































Reviews
There are no reviews yet.