Description
Huwa jum l-anniversarju ta’ meta Julie u Gordon bdew joħorġu flimkien; Julie kważi nsiet. Spiss issaqsi lilha nnifisha għaliex ma tantx tħossha miġnuna fuq Gordon kif soltu jagħmlu t-tfajliet fuq il-maħbub tagħhom. Tiddeċiedi li hi mhix normali…sa ma tiltaqa’ ma’ xi ħadd li tiġġennen fuqu u…li ma jista’ qatt ikun tagħha!
Problema oħra tinqala’ meta hi bla ħsieb ta’ xejn issaqsi ‘l ommha għaliex baqgħet tifla unika, bla aħwa. Min qatt kien jistenna dik l-istorja kollha li ħarġet biha ommha! Fuq kollox, wara li saret taf dik it-traġedja tat-tnissil tagħha, dan kellu għax jinkwetaha?
Tgħid id-destin kiefer tagħha kien biħsiebu jibqa’ jsus warajha sa ma jeqridha għalkollox? X’tama kellha li xi darba tingħaqad ma’ dak li qalbha ġġennet warajh?
































Reviews
There are no reviews yet.