Description
Insibu diversi tipi ta’ laħam: ċanga, vitella, ħaruf, muntun u majjal. Minnhom isiru numru ta’ prodotti oħrajn bħal bejken, zalzett, perżut u salami fost oħrajn. Għandna wkoll għażla ta’ tjur, għalkemm dawn, flimkien mal-fniek, ma jaqgħux taħt il-klassifikazzjoni tal-laħam.
Il-laħam hu komodità użata mad-dinja kollha. Jeżistu pajjiżi fejn, minħabba r-reliġjon imħaddna, l-użu tal-laħam hu ristrett. Jista’ jagħti l-każ li individwi, b’għażla jew għal raġunijiet mediċi, ma jeħdux laħam.
Il-laħam hu sors ta’ vitamini u enerġija. Għalhekk importanti li ninkluduh b’mod bilanċjat fid-dieta tagħna; min jevitah għandu jibdlu ma’ prodotti li jagħmlu tajjeb għan-nuqqas tiegħu. Laħam maqtul riċenti għandu jistrieħ għal perjodu ta’ żmien biex jimmatura. Hekk ikun aktar tari.
































Reviews
There are no reviews yet.