Availability: Out of Stock

La jerġa’ jasal Diċembru

Author: Lina Brockdorff
SKU: 9789993273219

7.00

Out of stock

Description

Dan ir-rumanz jibda bl-imħabba u jispiċċa bl-imħabba. U min ma jħobbx jaqra dan is-suġġett? Għax fid-dinja m’hawn xejn isbaħ u li jhenni qalb il-bniedem aktar mill-imħabba.

B’dankollu ilkoll li aħna nafu li f’din id-dinja ma’ kull warda ssib ix-xewk li spiss jaqtgħalek qalbek li tersaq lejn il-warda. Imma l-warda hemm tkun tħajjar lill-qalbieni bi fwieħitha u d-dehra sabiħa tagħha biex irabbi l-kuraġġ ħalli jitpaxxa biha, ukoll jekk dan ifisser xi tingiża kiefra.

Għandna l-istorja ta’ Marina, xbejba li trabbiet Il-Melliħa taħt il-madmad ta’ missier bla qalb u bla raġuni, li jaħsibhiex darbtejn biex isawwatha. X’hemm lest għal dit-tfajla li għaddiet tfulitha taħt din is-sħaba sewda?

Hemm għaliha ġejjieni mżewwaq bi ġrajjiet li qatt ma basret li għad tidħol fihom. Niltaqgħu mhux biss mz’ missierha u ommha, imma ma’ żewġ zijiet ċŠikka u Toni li jadurawha, ma’ Grezzja, ġara zekzieka li ma taħmilhiex, mal-ewwel guvnott li tintilef warajh, ma’ Dun Renato li jiddefendiha, ma’ Patri ċ użepp li jifhimha, mal-Arċipriet li mingħajr ma ried weġgħalha qalbha, ma’ Peter u martu Julia. Dawn kollha flimkien jitgħaqqdu f’kobba mħabbla li fin-nofs tagħha tinsab Marina. Għad fl-aħħar issib min iħobbha b’imħabba serja u altruista?

F’din l-istorja ma nsibux ġrajjiet ta’ avventuri kbar u drammatiċi. Hija rakkont dwar l-inċidenti żgħar li nħabbtu wiċċna magħhom kuljum, u li għalkemm nqisuhom bla siwi, fuq kollox huma l-ħarira li biha ninsġu l-arazz ta’ ħajjitna. Drabi l-ħarir jidher mitfi u bla lewn, waqtiet oħra jkun dehbi u mimli bl-ilwien tal-imħabba u tal-ħajja.

Additional information

Category Category:
Tag ,
Weight 300 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Cover

Year of publication

Author 2

Language

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “La jerġa’ jasal Diċembru”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…