Description
Din hija ġabra ta’ disa’ stejjer tal-biża’ li għandhom iħalluk tistaqsi lilek innifsek jekk dak li taqra fihom setax seħħ tassew. Bejn il-ħajjin u l-mejtin hemm rabta li tista’ tressaqhom lejn xulxin. Il-ħaj għandu mnejn jiltaqa’ mal-mejjet… jew dak li taparsi mejjet. U l-ispirti, it-tajbin u l-ħżiena, kif jaffettwaw lil dawk li ħajjithom għexuha qisu ma hemm xejn wara li jagħlqu għajnejhom fil-mewt?
F’dawn l-istejjer se niltaqgħu ma’ tfajla mxajtna fi żmien il-Gran Mastru Pinto. Niltaqgħu wkoll ma’ raġel li jsostni li jibqa’ jkollu rabtiet ma’ ommu anki wara mewtha. Imbagħad hemm dik l-omm u bintha li joħolmu l-istess ħolm b’konnessjoni ma’ delitt li sar aktar minn mitt sena qabel.
Qrib it-tmiem tas-seklu 19 wasal Malta bastiment li fuqu kien hemm kreatura li kellha tbiddel ħajjet familja. Il-konsegwenza ta’ dan baqgħet tinħass sal-lum meta raġel b’id waħda jirrakkonta ġrajja makabra.
Kien hemm konnessjoni bejn tenur famuż li qatt ma jitkellem u anzjani li bdew imutu wara li jinstema’ jkanta? Tixtieq li tħares f’mera u tara lilek innifsek kif se tkun ħamsin sena oħra? Aħjar ma tkunx taf għax żgur tibża’ b’dak li tara!









Reviews
There are no reviews yet.