Description
L-għasafar ta’ Malta: Fil-mixja tal-ġrajja umana l-għasafar kienu ta’ għajnuna biex il-bniedme jissodisfa xi ħtiġijiet tiegħu: intużw għall-ikel, għad-divertiment, magħġunin fil-kultura ġenereali sa mill-qedem, u dan il-fatt juri l-interess tal-bniedem fl-għasafar – interess li beda jsib espressjoni fl-arti u fil-letteratura.
L-influwenza li għandhom l-għasafar fuq in-natura mhux biss tikkontribwixxi għaż-żamma tal-bilanċ imma ġġibhom f”kuntatti oħra mal-bniedem bidwi. L-għasafar insibuhom imferrxin mad-dinja kollha minħabba l-ħila li-għandhom biez itiru u l-kapaċità li għandhom biex jgħixu fuq l-art u fuq il-baħar.
Il-versatilità u l-adattabilità tagħhom jidhru speċjalment mill-fatt li f’kull staġun tas-sena u f’kull roqgħa tad-dinja dejjem insibu xi għamla ta’ għasfur. Meta nagħrfu l-għasafar tal-ġżejjer tagħna nifhmu ftit aktar l-ambjent naturali tagħna, u għalhekk l-istuju tal-għasafar jidħol fil-kultura xjentifika ta’ pajjiżna u jdomm ġawhra oħra fil-Kullana Kulturali.





























Reviews
There are no reviews yet.