Description
L-Għanja taċ-ċinju
id-dramm li rebaħ il-Premju Francis Ebejer fl-2010
Fis-sena 399 q.k., tliet ċittadini ta’ Ateni ‘ Meletu, Anitu u Lajkon ‘ ressqu lil Sokrate quddiem il-qorti u xlewh li kien qed iħassar liż-żgħażagħ b’tagħlim qarrieqi kontra r-reliġjon ‘ akkuża li kienet saret snin qabel minn Aristofani fil-kummiedja Sħab (426 q.k.). Kontra dawn l-akkużi Sokrate jiddefendi ruħu mingħajr suċċess, tant li l-ġurati jsibuh ħati u jikkundannawh għall-mewt.
Id-dramm, imsejjes fuq tliet testi Platoniċi u sorsi oħra, jirrikostruwixxi din il-ġrajja b’mod immaġinattiv biex joħroġ l-importanza ta’ dan il-karattru storiku u l-qawwa tal-messaġġ etiku tiegħu li dewa matul is-sekli u għadu validu sal-lum.
Il-ċ nien ta’ Esopu
dramm għat-tfal u ż-żgħażagħ
Kemm hi bogħod id-dinja tal-fantasija mid-dinja tar-realtà ? Tista’ tkun ‘il bogħod ħafna, imma tista’ tkun ukoll taħt imnieħrek, jew tefgħa ta’ ġebla wara l-kantuniera ‘ kemm tagħlaq għajnejk u ssib ruħek fiha. L-iljieli xitwin jafu jkunu ideali għal xi vjaġġ maġiku lejn l-art tal-ħrejjef, l-aktar jekk jinxtegħlu żewġ xemgħat quddiem it-tieqa biex jarahom dak li jħobb jixxabbat mal-kampnari. Min fil-bidu jidher li ma jemminx fis-seħer tal-ċ nien, malajr isib ruħu fih u ma jkollu l-ebda xewqa joħroġ minnu biex jerġa’ lura mnejn telaq. Mill-banda l-oħra, xejn ma jrid biex xi ħadd jispira ruħu minn dak li jara u jisma’, u diffeċiedi li jikteb stejjer ġodda.































Reviews
There are no reviews yet.