Availability: Out of Stock

L-Arċisqof Gonzi

Author: E. Tonna, M. Galea
SKU: AGONZI

5.00

Out of stock

Description

Tħajjar jagħti l-permess biex il-bijografija tiegħu tinkiteb meta deherlu li kienet saret riċerka kollha meħtieġa wara li huwa stess kien irrakkonta l-parti l-kbira ta’ ħajtu lill-istess awturi. Dan ix-xogħol ħa bosta xhur ta’ laqgħat ma’ l-istess Arċisqof u ma’ nies oħra li ġew intervistati minħabba l-konnessjoni li kellhom miegħu fil-bosta ħidmiet imwettqa sa mill-bidunett ta’ l-episkopat tiegħu, sakemm il-Qdusija Tiegħu l-Papa Pawlu VI laqa’ t-talba tiegħu biex jirtira bħala Arċisqof Metropolita ta’ Malta fl-1976.

Bis-sabar kollu l-Arċisqof fela bir-reqqa dak kollu li mkiteb, u qatt ma naqas li jagħmel dan bl-akbar prudenza, speċjalment f’ċirkostanzi ta’ natura kontroversjali. Huwa dejjem kien igħid li kull meta kien kostrett li jieħu ċerti passi, li forsi kienu jidhru iebsa, dan għamlu għax kien id-dover tiegħu li jagħmlu bħala ragħaj ta’ dawn il-gżejjer u għaliex kien iħoss li ma kienx hemm triq oħra x’jagħżel għall-ħarsien tal-wirt spiritwali ta’ pajjiżna.

Ma’ din il-bijografija hemm minsuġa l-ġrajjiet li minnhom għaddiet il-Knisja ta’ Malta u Għawdex matul il-perijodu ta’ aktar minn nofs seklu.

Additional information

Category ,
Tag Tag:
Weight 310.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Book Author

,

Cover

Year of publication

Author 2

,

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “L-Arċisqof Gonzi”

Your email address will not be published. Required fields are marked *