Availability: Out of Stock

Konverzazzjonijiet ma’ Jorge Bergoglio

SKU: 9789995730321

9.00

Out of stock

Category:

Description

Fit-13 ta’ Marzu 2013, Il-Kardinal Jorge Mario Bergoglio, kien elett suċċessur ta’ Joseph Ratzinger fuq it-tron ta’ Pietru bl-isem ta’ Franġisku.  Dan il-ktieb huwa xhieda diretta, unika u personalissima tal-Papa l-ġdid fuq il-ġrajjiet li mmarkawlu ħajtu.

F’dawn il-paġni, bi kliem sempliċi u mnebbaħ, Jorge Bergoglio jirrakkonta lill-ġurnalisti Sergio Rubin u Francesca Ambrogetti l-wasla tal-familja tiegħu fi Buenos Aires fl-1929, il-ġrajjiet li sieħbu t-twelid u t-trobbija tiegħu, u l-pulmunite gravi li dgħajfitlu saħħtu u fl-istess ħin tat bidu lill-ewwel sinjali tal-vokazzjoni reliġjuża tiegħu.  F’dawn il-konverżazzjonijiet, li saru f’tul ta’ tliet snin, Papa Franġisku jiftakar iż-żmien fis-seminarju, l-esperjenza tiegħu ta’ għalliem tal-psikoloġija u l-letteratura, il-ġrajjiet tad-dittatura fl-Arġentina, it-tkomplija u l-ħeġġa tiegħu f’xogħlu, li ċ wanni Pawlu II għaraf billi daħħlu fil-Kulleġġ tal-Kardinali.  Iżda fuq kollox, dan il-ktieb joħroġ il-personalità  profonda u awtentika tal-Papa l-ġdid:  sinċier, ġentlom u bla biża’.  Il-Papa Franġisku jurina ħsiebu b’mod ċar, ħaġa li kkaratterizzatu sa mill-bidu, b’dan il-mod huwa ttratta suġġetti ibsin:  l-esperjenzi tat-talb, id-djalogu interreliġjuż, il-valuri tal-faqar, l-umiltà  u l-maħfra, ix-xogħol pastorali tal-Knisja sal-iskandli u r-rieda ta’ tiġdid li janimaw illum il-komunità  kattolika kollha fid-dinja.

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 290.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher

Book Author

,

Cover

Year of publication

Author 2

,

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Konverzazzjonijiet ma’ Jorge Bergoglio”

Your email address will not be published. Required fields are marked *