Availability: Out of Stock

Kliem Malti Qadim

SKU: 9789993262145

15.14

Out of stock

Description

F’dan il-ktieb Godfrey Wettinger l-ewwel jagħtina studju li kien ħejja għall-Place-names of the Maltese Islands (2000). B’dan l-istudju seta’ jsolvi xi problemi li ltaqa’ magħhom fit-tifsir ta’ xi ismijiet ta’ mkejjen.

It-tieni studju jgħarbel il-kliem kollu bil-Malti li ltaqa’ miegħu fit-tiftix li għamel fl-arkivji ta’ Malta, kliem li min kitbu mijiet ta’ snin ilu ma setax isibu jew ma kienx jafu bl-ilsna l-oħra li kien qed juża, bħal-Latin, l-Isqalli jew it-Taljan. Illum għadd ġmielu minn dan il-kliem beda jintesa u jintilef. B’hekk il-kittieb qed jgħin biex dan il-kliem jerġa’ jieħu l-ħajja u ma jintesiex.

U jittama li l-qarrejja jifhmu x’ħass huwa meta, wara sigħat sħaħ medhi fil-qari ta’ dokumenti b’ilsna barranin, f’daqqa waħda tfiġġ quddiemu kelma bil-Malti, ilsien ta’ nies li tħallew bla storja għax qatt ma nstemgħu bi lsienhom.

Additional information

Category ,
Tag ,
Weight 618.0000 kg
Dimensions 26.5 × 18.0 cm
Publisher

Book Author

Cover

Year of publication

Author 2

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Kliem Malti Qadim”

Your email address will not be published. Required fields are marked *