Description
X’sens għandha t-tbatija? Xi skop fiha l-ħajja jekk il-mard terminali jaħsad ħajja innoċenti fil-fjur tagħha? Fejn ikun Alla, quddiem il-karba ta’ġenitur b’ibnu jissielet għall-ħajja? X’tifsira jibqagħlu l-Milied, jekk jum qabel ikollok tidfen lill-istess ibnek? Dawn huma fost il-ħafna mistoqsijiet li dan il-ktieb jitħaddet dwarhom. M’intix se taqra’ trattati tqal u filosofiċi iżda se tiltaqa’ ma’esperjenza ħajja ta’ familja komuni…waħda fost il-ħafna…il-gwida se jkun Juann Barbara li ħoloq moviment ta’ fidi, tama u mħabba sewwasew mill-marda qerrieda tal-kanċer. Issikkitx l-emozzjonijiet li dan il-ktieb se jnissel…huwa mod fqir kif toqrob lejn min hu mġarrab. Din l-istorja titkellem fuq qlub ippruvati. ċ¦alli din il-ġrajja tibdillek ħajtek.







Reviews
There are no reviews yet.