Description
L-assassinju tal-President Kennedy kien kexkex id-dinja u qajjem dibattitu li dam sejjer għal ħafna snin. Biżżejjed wieħed isemmi li kien hemm aktar minn elf pubblikazzjoni dwar dan is-suġġett u ma’ dawn kien hemm ħafna artikli, dokumentarji u intervisti. Il-parti l-kbira tal-pubblikazzjonijiet kienu dwar il-kontroversji li nħolqu wara li ġie ppubblikat ir-rapport tal-Kummisjoni Warren, l-ewwel kummissjoni li stħarrġet il-każ.
Għalkemm il-kummissjonijiet li studjaw il-każ għamlu l-almu tagħhom biex toħroġ il-verità kollha, dan ma sarx. Kien għalhekk li ħafna ġurnalisti u nies oħra ħassew li kellhom jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom. Kien hemm min faħħar l-isforzi ta’ dawn in-nies, filwaqt li oħrajn maqdruhom. imma jibqa’ l-fatt li ħafna mill-investigazzjonijiet u riċerki li saru kienu meħtieġa u ħolqu d-dubji. Biżżejjed jissemma x’qal il-President Lyndon Johnson waqt intervista f’Settembru 1969 meta stqarr li ma kienx assolutament ċert dwar x’qanqal lil Oswald, jew oħrajn li setgħu kienu mdaħħla fil-każ, biex joqtlu lill-President Kennedy.
L-opinjoni pubblika wkoll bdiet tinbidel wara li ħarġet bosta kritika dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Warren. Wara li ħareġ ir-rapport ta’ din il-kummissjoni, il-maġġoranza tal-poplu Amerikan kienet sodisfatta bil-konklużjonijiet tal-membri ta’ dan il-kumitat. Eventwalment il-kredibilità tar-rapport bdiet tonqos u kien għalhekk li l-każ kompla jiġi investigat minn iktar kumitati.































Reviews
There are no reviews yet.