Description
F’dan il-ktieb insibu għaxar stejjer umoristiċi oħra dwar Pietru Pitravu, it-tifel imqareb li jġagħlek tidħaq bil-bawxati li jagħmel.
Dawn l-istejjer huma ambjentati fis-snin ħamsin meta fil-klassijiet tal-iskola primarja ma kienx ikun hemm bniet u subien flimkien, għax dawn kienu jitgħallmu fi skejjel separati. Flok imwejjed u siġġijiet it-tfal kellhom banikijiet tal-injam, u kienu jiktbu bil-pinen u l-klamari. Wara n-nofstanhar ta’ filgħodu kienu jmorru d-dar u jerġgħu lura l-iskola fis2.00pm. U f’dan l-ambjent Pietru kien joħloq bawxata wara l-oħra fejn daqqa jmur minn taħt u daqqa jmur minn fuq.
















Reviews
There are no reviews yet.