Description
It-Tfajla tal-Palazz u Leġġendi Oħra huma ġabra ta’ leġġendi li kienu nkitbu minn Gino Muscat-Azzopardi, li miet fl-1982. Kien kitibhom ħafna snin ilu u baqgħu merfugħin fl-arkivji privati sakhemm sabhom Lino Cassar.
Il-ħrejjef ta’ missirijietna minn dejjem saħħru lil kulmin qrahom jew semagħhom. Din il-ġabra fiha għadd imżewwaq ta’ ħrejjef u leġġendi – medda mifruxa fuq sekli tal-imgħoddu u fuq bosta suġġetti u karattri li baqgħu jissemmew. Hemm il-ġrajja mqanqla tat-tfajla li tidher fil-Palazz Verdala, kif ukoll il-leġġenda tal-kappillan li tgħallaq wara li ċanfru l-isqof.
L0għażla tal-ħrejjef u l-leġġendi ma tolqotx liż-żgħar biss iżda lill-kbar ukoll li x’aktarx semgħu wħud minnhom mingħand nanniethom meta kienu tfal.
Min ma semax bil-leġġenda ta’ “Rajt? Ma Rajtx! Smajt? Ma Smajtx!” jew “Id-Dar Misterjuża tal-Birgu”? U xi ngħidu għal “Il-Ħofra tal-Qrendi”? U “Il-Madonna tal-Minsija”? U “Għar Ħassan”?
Fost l-oħrajn hemm ukoll “Id-Dar Misterjuża ta’ Triq Kristofru”, “L-Eremit li Xeħet il-Mantell fil-Baħar”, “Il-Madonna tal-Grotta”, “Toni Azzopardi Xkora”, “It-Tlett Islaleb Qodma”, “Is-Saħħar Falzun fil-Lembija”, “Meta s-Saħħar Falzun Ġiegħel lis-Seftur Iqattgħu Biċċiet”, “It-Tfajla ta’ Wied Musa”, u “Il-Madonna tal-Anġli”.










Reviews
There are no reviews yet.