Availability: Out of Stock

Is-Sintezi

SKU: 9789995746865

9.95

Out of stock

Category:

Description

F’dan il-ktieb dwar il-filosofija tal-perċezzjoni u l-filosofija tal-menti, Attard jipprovdi analiżi dettaljata tar-realta msejsa fuq reviżjoni mill-qiegħ tal-proċess tal-perċezzjoni. L-argument ċentrali tal-ktieb idur madwar in-natura tal-lingwa u l-komunikazzjoni lingwistika. B’mod speċifiku, ix-xogħol jiffoka fuq il-lingwa bħala logħba teknoloġika, ibbażata fuq preżenzi, essenzi u valuri, li mhux biss tinfluwenza l-menti umana, iżda tqanqal ukoll għadd ta’ konsegwenzi, ewlenin fosthom it-tbatija eżistenzjali mnissla mill-għarfien tal-jien u tar-realta fiżika.
F’kull stadju ta’ dan ix-xogħol, l-awtur jistieden lill-qarrejja jġennbu l-familjarita, l-ovvju, is-sewwa magħruf, u huma u mexjin minn taqsima għall-oħra tal-ktieb jifhmu l-proċess tal-perċezzjoni f’dawl ġdid. M’għandniex xi ngħidu, uħud mill-kunċetti li jinbena fuqhom il-ktieb jafu jkunu ta’ sfida għall-qarrejja, ngħidu aħna l-kunċett tar-realta bħala ħolma, tar-rabta bejn l-intwizzjoni u l-ħames sensi, tal-fallaċja spazjo-temporali, kif ukoll tal-illuminazzjoni spiritwali. Biss, Attard jagħraf jinseġ flimkien l-argumenti b’ħila kbira u jippreżentahom b’mod konvinċenti.
Minkejja li t-temi ttrattati f’dan il-ktieb huma ta’ natura kemxejn astratta u kumplessa, l-awtur jirnexxilu jikkristallizza l-ħsibijiet bi tqassim ċar tal-kapitli u l-paragrafi, bi stil mexxej u sintassi ħafifa, kif ukoll b’idjoma mirquma li tgħin lill-qarrejja jsegwu l-argumenti mressqa. Id-diskussjoni tiżvolġi f’xogħol organiku fejn kull kapitlu hu marbut b’mod sfiq ma’ ta’ qablu u ta’ warajh bi struttura loġika, tant li t-taqsimiet differenti jaħdmu flimkien biex iroddu stqarrija waħda ċentrali dwar il-komponenti bażiċi tar-realta esperjenzali
tal-bniedem, il-kawżi prinċipali tagħhom u r-relazzjonijiet li jiffurmaw bejniethom.
Dr Michael Spagnol

Additional information

Category Category:
Tag
Weight 190.0000 kg
Dimensions 21 × 14.8 cm
Author 2
Cover

Publisher

Year of publication

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Is-Sintezi”

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may also like…